Ifarfru t-tort fuq l-Unjoni Ewropea

By
2020-04-20T12:18:18+02:00Mon, 20th Apr '20, 07:42|

Fl-isforz tagħhom li jsibu l-għedewwa lil minn jattakkaw, tal-Partit Laburista u dawk li jitkellmu f'ismu tgħidx kemm qegħdin jehdew iwaħħlu fl-Unjoni Ewropea għal dak kollu li ma jinżlilhomx. Il-propaganda ta' mibgħeda kontra l-barranin qabdet l-għeruq u qed tinfirex anki fost uħud li ma jappoġġjawhomx. Dan m'hu xejn ħlief pass ieħor fit-triq tal-lemin estrem li qabad [...]