Ħelsien mill-faxxiżmu

By
2020-04-15T10:54:11+02:00Wed, 15th Apr '20, 08:41|

Fil-25 ta' April, l-Italja tfakkar il-jum li fih ħelset darba għal dejjem mir-reġim faxxista. Ftit jiem wara, jiġifieri fit-3 ta' Mejju, jiġi ċelebrat il-jum tal-libertà tal-istampa. Din is-sena il-federazzjoni tal-ġurnalisti tal-Italja, jiġifieri FNSI - iddeċidiet li twaħħad iż-żewġ avvenimenti u qed tfakkar l-isforzi tal-ġurnalisti b'riżq ir-reżistenza kontra l-faxxiżmu, il-gideb li jxerred u l-qawmien mill-ġdid tiegħu [...]

Għaliex fl-industrija tal-kostruzzjoni m’hix tinżamm id-distanza fiżika bejn ħaddiem u ieħor?

By
2020-04-15T10:26:41+02:00Wed, 15th Apr '20, 08:28|

Peress li l-industrija tal-kostruzzjoni ma teħtieġx il-preżenza fiżika tal-klijent fuq il-lant tax-xogħol, ma kellhiex għalfejn timxi mar-restrizzjonijiet tat-twettiq tad-distanzi soċjali u għaldaqstant l-attività ekonomika tagħha baqgħet ma ntmessitx. Huwa minn ewl id-dinja li min imexxi jew jaħdem f'ristorant ikollu jaħdem fiżikament qrib il-klijenti bir-riskju li jifrex il-virus fosthom. Minn naħa l-oħra, il-"klijenti" ta' proġett ta' [...]

Il-livell ta’ medjokrità li waqa’ fih id-Dipartiment tal-Informazzjoni

By
2020-04-15T09:58:36+02:00Wed, 15th Apr '20, 08:19|

Bħallikieku mhux biżżejjed li f'pajjiżna hawn bosta li jiddilettaw jiktbu kummenti bla sens u mimlijin mibgħeda fuq il-Facebook b'kitba tal-Malti li twaħħax. Din il-marda issa jidher li ttieħdet mid-dipartiment tal-informazzjoni uffiċjali tal-gvern. Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kummenti fil-Facebook tal-ġurnal lokali  Illum li kien qed jirrapporta dwar il-kwistjoni eżistenzjali taħraq li hemm bejn il-bord tat-tmexxija tal-Air [...]