Messaġġ tal-WhatsApp mill-maġistrat inkwirenti lill-membri kollha tal-ġudikatura: “Bgħattilkom kopja tar-rapport”. Il-messaġġ tħassar ftit wara.

By
2020-05-29T12:10:41+02:00Fri, 29th May '20, 10:01|

Ninsab infurmat li l-maġistrat li qed imexxi inkjesta dwar il-mewt fil-baħar ta' 12 il-ruħ fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid  il-bieraħ bgħat żewġ messaġġi b'riferenza għar-rapport tiegħu lill-kollegi tiegħu kollha fil-ġudikatura u kiteb il-kummentio li ġejjin: ‘Għandkom ħafna x'taqraw.' u 'Bgħattilkom kopja.' Milli jidher dawn iż-żewġ messaġġi ntbagħtu l-bieraħ mill-WhatsApp account tal-Maġistrat Joe Mifsud lill-group chat ta' [...]

Aktar ma ndumu nkarkru, aktar diffiċli li nsibu tarf

By
2020-05-28T18:34:49+02:00Thu, 28th May '20, 17:33|

Intbagħtet ir-raba' lanċa biex tgħabbi lill-immigranti fuq il-baħar. Fil-frattemp, il-pajjiżi Ewropej baqgħu jsostnu li, dment li Malta tippretendi li tirċievi s-solidarjetà, għandha toqgħod għall-obbligi legali tagħha. L-immigranti li jinsabu riekbin fuq tliet laneċ tal-Captain Morgan u fuq ir-raba' lanċa li ġġib l-isem Supreme Cruises jinsabu fit-territorju Malti. Il-laneċ għandhom mnejn jinsabu ankrati 'l barra mill-ibħra [...]

Tgħid ser nibilgħu l-bajtra qabel inqaxxruha?

By
2020-05-28T16:29:01+02:00Thu, 28th May '20, 12:33|

Ħajjitna m'hix tmur lura għal dik li kienet u ser ikun jeħtieġilna nibdlu l-mod kif naqilgħu l-ħobża tagħna ta' kuljum. Milli jidher, uħud mill-operaturi tat-turiżmu mingħalihom li sal-aħħar ta' din is-sena ser jirnexxielhom iġibu turisti f'Malta daqs kemm ġabu s-sena l-oħra. Iżda din m'hix ir-realtà. Il-kwistjoni m'hix biss dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet u dwar il-ftuħ mill-ġdid [...]

Farsa traġika pulizjeska

By
2020-05-25T13:23:17+02:00Mon, 25th May '20, 10:11|

Il-Malta Independent tal-bieraħ laqtet il-musmar fuq rasu meta, bi prominenza, ntitolat artiklu ewlieni tagħha bil-kliem li ġej: “The knives are out: How police chief appointment risks turning into a farce.” Il-proċess tal-għażla jidher li ma tantx qed jispira fiduċja. U, b'mod urġenti, dan il-pajjiż jeħtieġ dipartiment tal-pulizija mtejjeb u b'saħħtu. Edward Zammit Lewis mingħalih li, [...]

Qalilna li għadda minkejja li għadu ma qagħadx għall-eżami

By
2020-05-24T22:21:10+02:00Sun, 24th May '20, 09:23|

Min qed jieħu ħsieb il-pubbliċità ta' Edward Zammit Lewis mingħalih li riklami mħallsa mxandrin fuq ġurnal għandu jkollhom l-effett li jaqilgħulu l-prosit tal-qarrejja. Fir-riklam, Edward Zammit Lewis igħid li “f'inqas minn 4 xhur dan il-gvern mexxa' 'l quddiem proposti leġiżlattivi storiċi u mingħajr preċedent għall-ġudikatura u għall-istituzzjonijiet ta' dan il-pajjiż”. Kważi kull kelma f'din l-istqarrija [...]

Il-ġurnaliżmu u d-demokrazija

By
2020-05-23T11:31:43+02:00Sat, 23rd May '20, 11:30|

Dan hu test ta' preżentazzjoni li tajt il-bieraħ waqt webinar organizzat minn Repubblika. Il-Kostituzzjoni ta’ Malta tgħid li “ħadd ma għandu jiġi mfixkel fit-tgawdija tal-libertà tiegħu ta’ espressjoni, magħduda libertà li jkollu fehmiet mingħajr indħil, u libertà li jirċievi idejat u tagħrif mingħajr indħil.” Dan hu l-artiklu 41 li jitfa’ dawl fuq iż-żewġ naħat tal-libertà [...]

Qasamna bid-daħk

By
2020-05-22T13:54:21+02:00Fri, 22nd May '20, 13:27|

Reno Calleja ilu għomru u żmienu jogħxina bid-daħk. Kien ministru fil-gvern ta' Dom Mintoff sakemm spiċċa biex, qasir il-għomor, kalawħ 'il barra. Għomor u żmien ta' irrilevanza li qattgħu jħuf madwar il-Partit Laburista bħal dinosawru rxuxtat minn żmien meta tal-Labour kienu jservu ta' qaddejja fidili taċ-Ċina Komunista f'din in-naħa tad-dinja. Għal żmein twil dan ried [...]

Disprezz

By
2020-05-22T12:35:47+02:00Fri, 22nd May '20, 10:57|

Huwa tassew ta' tħassib meta wieħed jara lill-gvern iġib ruħu b'tant disprezz fil-konfront tal-proċess tal-Kummissjoni ta' Venezja. Għall-bidu lil tal-Kummissjoni, l-gvern kien injorahom għal 18 il-xahar sħaħ u issa qed jipprova igħaddihom biż-żmien bid-dħul ta' tibdil superfiċjali u kożmetiku. Qed jittrattahom bħallikieku dawn huma xi qatta' boloħ bla esperjenza u taħriġ biżżejjed biex ixommu l-qerq [...]

Ġifa li għażel li jilgħab karta

By
2020-05-21T18:38:57+02:00Thu, 21st May '20, 16:18|

Minkejja l-fatt li r-riskju tal-konsegwenzi li nistgħu nġarrbu f'każ ta' żjieda ta' infezzjonijiet kaġunati mill-imxijja Covid-19 għadhom l-istess bħalma kienu f'Marzu li għadda, Robert Abela m'għandux il-kuraġġ jammetti li, fl-aħħar mill-aħħar, jeħtieġ li jkun hu li jerfa' r-responsabbiltà tad-deċiżjoni li ħa li għandna niffaċċjaw ir-riskju mingħajr ma ningħalqu f'darna. Robert Abela hu mbeżża' mill-imxijja Covid-19 [...]

Għidli x’ser nagħmel, Dott?

By
2020-05-21T20:27:31+02:00Thu, 21st May '20, 16:13|

Kellu għalfejn il-prim ministru joqgħod jiċħad li Charmaine Gauci kienet ser twarrab? Din iċ-ċaħda kellha riħa ta' konferma involontarja. Minn nhar il-Ġimgħa 'l hawn smajt ħafna stejjer mingħand diversi għejjun li Charmaine Gauci ma setgħetx tibqa' tissaporti l-fatt li kienet qed tiġi wżata minn Robert Abela bħala paraventu sabiex tiċċertifika pariri li hi kienet kontra [...]

Bla mistħija ta’ xejn, qed ixerrdu kredu favur il-faxxiżmu u r-razziżmu

By
2020-05-21T15:11:27+02:00Thu, 21st May '20, 07:14|

BugM kiteb li dan li ġej isaħħaħ ġmielu l-argument favur il-projbizzjoni li partit politiku jkun sid tal-mezzi tax-xandir tiegħu. A 1:50 clip presenting a compelling argument in favour of the immediate shutting down of political tv stations in Malta. pic.twitter.com/gIMNmIG7sw — BugM (@bugdavem) May 20, 2020 M'għandniex xi ngħidu, għandu raġun biex ibiegħ. Il-partiti politiċi [...]

Attivist isejjaħ protesta illum fil-Belt Valletta dwar il-mod li qed jiġu trattati dawk li qed ifittxu li jingħataw l-ażil

By
2020-05-20T15:40:10+02:00Wed, 20th May '20, 15:13|

L-attivist Xandru Cassar qed jitlob li min jaħsibha bħalu biex jingħaqad miegħu il-lejla fis-19.00 qrib il-bini tal-Parlament sabiex jitqiegħdu xemgħat mal-bieb tal-Parlament bħala simbolu tal-protesta kontra t-trattament ħażin mill-awtoritajiet Maltin ta' dawk li qed ifittxu l-ażil. Malli feġġet l-imxijja tal-coronavirus, il-gvern baqa' jirrifjuta li jonora l-obbligu internazzjonali tiegħu li jsalva l-ħajja ta' min ikun f'periklu [...]

Malta mhux jirnexxielha tirbaħ il-fiduċja tal-Ewropa – Il Foglio

By
2020-05-20T10:24:56+02:00Wed, 20th May '20, 09:30|

Malta tissemma' llum f'rapport li xandar il-ġurnal Taljan Il Foglio li jġib it-titlu today “L’Isola dei Sovranisti”. Is-‘Sovranismo’ hi kelma politika li tiddeskrivi dawk il-politiċi tal-lemin estrem li jitkellmu favur l-awtonomija u l-indipendenza tal-istat u jidhrilhom li pajjiż għandu jaġixxi biss fl-interessi tiegħu mingħajr ma jagħti każ tal-liġijiet u tal-koperazzjoni internazzjonali. Din il-kelma ta' spiss [...]

“Kienu qed iħarsu lejna bħallikieku m’aħniex bnedmin bħalhom”.

By
2020-05-19T14:29:29+02:00Tue, 19th May '20, 10:47|

Eh, xi pjaċir! Mela issa nistgħu nibdew immorru nieklu fir-ristoranti. Jien diġà pprenotajt mejda għal nhar il-Ġimgħa filgħaxija u għandi seba' mitt sena biex jerġa' jkolli lil min iferrali l-inbid, anki jekk dan ikun liebes bluża bħallikieku  mħejji biex jopera fuqi. Il-bieraħ Robert Abela għamel mad-90 minuta jitkellem dwar is-"suċċess" tiegħu. Tant irrepetiha din il-kelma [...]

‘Malta jeħtieġ li twassal lill-immigranti abbord il-vapuri tal-Captain Morgan lejn port li fiħ hemm is-sigurtà ’ – Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

By
2020-05-18T14:44:11+02:00Mon, 18th May '20, 14:14|

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tal-immigranti li jinsabu abbord vapuri tal- Captain Morgan li nkrew mill-gvern Malti. Mal-167 ruħ qed jinżammu bejn sema u ilma ftit 'il barra mill-ibħra Maltin. Uħud minnhom ilhom hemm mill-20 ta' April. Xi NGOs ilmentaw li l-immigranti m'humiex jingħataw l-opportunità, kif inhu d-dritt tagħhom, li japplikaw għall-ażil. [...]

Sa fejn twassal l-immaġinazzjoni ta’ Joseph Muscat

By
2020-05-18T12:55:52+02:00Mon, 18th May '20, 09:34|

Robert Abela qed jafda żżejjed f'Joseph Muscat. Fejn jidħol il-qasam ekonomiku Joseph Muscat kien ixxurtjat bl-istess mod li kellu xorti ħażina Robert Abela. Is-suċċess ekonomiku ta' dawn l-aħħar 7 snin, li ġie fi tmiemu fi Frar li għadda, seħħ mhux bis-saħħa ta' Joseph Muscat iżda bis-saħħa taċ-ċirkostanzi. Meta ħa r-riedni tal-gvern f'idejh, huwa kien wiret [...]

Ħareġ ħarġa ta’ ħmar

By
2020-05-16T21:48:15+02:00Sat, 16th May '20, 07:52|

Qed jingħad li Joseph Cuschieri "ssejjaħ lura" lejn Malta minn Ruma. Ma nixtieqx ninstema' pedantiku iżda wieħed ma jistax jissejjaħ lura minn ambaxxata li għaliha jkun għadu ma ġiex ikkreditat. Stat jista' jinnomina persuna bħala ambaxxatur fil-kapitali ta' stat ieħor. Iżda dan l-ambaxxatur jeħtieġ li jkun aċċettat mill-istat li jkun intbagħat fih. Din m'hix kwistjoni [...]

“Nuqqas ta’ onestà u ta’ integrità”

By
2020-05-16T11:22:12+02:00Sat, 16th May '20, 06:52|

Dawn kienu r-raġunijiet li ġabet il-bieraħ il-Malta Financial Services Authority meta lil Christian Ellul u lil Karl Schranz ipprojbiethom milli jaġixxu ta' diretturi jew operaturi ta' servizzi regolati minnha. Christian Ellul kien miżżewweġ lit-tifla ta' Marian Kocner, negozjant sinjur Slovakk li jinsab mixli li kellu x'jaqsam mal-assassinju tal-ġurnalista Slovakk li kien investigah dwar imġieba kriminali, Jan [...]

Baħħar ‘il barra t-tielet vapur tal-Captain Morgan

By
2020-05-15T11:28:36+02:00Fri, 15th May '20, 10:46|

It-tielet vapur tal-Captain Morgan li jġib l-isem Atlantis, baħħar 'il barra mill-ibħra Maltin u mil-lejl li għadda rabat ma' vapur ieħor tal-istess ditta li jġib l-isem Baħħari xi drabi magħruf bħala Bahari). Il-vapur Atlantis ingħaqad mal-vapur Europa II li kien ħareġ ibaħħar fit-30 ta' April 30 ftit qabel il-vapur Bahari li baħħar 'il barra fis-7 [...]

Imġieba li konna nsejjħulha ħdura

By
2020-05-15T12:27:08+02:00Fri, 15th May '20, 09:19|

Nagħmlu sewwa jekk għal ftit mumenti ndawwru ħsibijietna fuq dawk in-nies kollha li jinsabu mwaħħlin fuq vapuri tal-Captain Morgan ftit 'il barra mill-ibħra Maltin. Forsi jkun hawn min igħid li jinsabu aħjar fejn qiegħdin bħalissa milli f'qiegħ il-baħar. Iżda l-verità tinsab fejn tinsab, dejjem aħjar minn qiegħ il-baħar. Użud minnhom ilhom abbord mit-30 ta' April, [...]