16 April: issa ilna 30 xahar nistennew li toħroġ il-verità u li titwettaq il-ġustizzja

By
2020-04-13T19:44:53+02:00Mon, 13th Apr '20, 16:50|

Il-għajta favur it-tfittxija tal-verità u t-twettiq tal-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia m'hix ser tissikket minħabba ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom bħalissa. Lanqas bi ħsiebna nibqgħu lura milli nibqgħu nagħtu ġieħ lill-memorja tagħha. Ingħaqdu magħna online fit-tifkira li ser nagħmlu. Repubblika, #occupyjustice u din il-website ser iħabbru aktar attivitajiet fiż-żmien li ġej.

Kif tista’ ddaħħal 1000 Malti f’karrozza?

By
2020-04-13T19:02:22+02:00Mon, 13th Apr '20, 16:45|

Manuel Micallef, ideologu tal-Partit Laburista u preżentatur tat-televiżjoni li aktar moħħu biss biex jidher, reħielha għall-Facebook biex mingħalih jaqsamna bid-daħk. Għall-inqas, nittama li kien qed jiċċajta anki bis-saħħa ta' ċajta mill-aktar patetika. Dan l-imbierak kiteb il-kliem li ġej: Mingħalih ried idaħħakna b'kitba bħal din? Jaqaw kellu f'moħħu li jagħtina introduzzjoni qabel ifaqqa' xi ċajta oħra [...]

Go to Top