‘Provi dwar kollużjoni Maltija ma’ Libjani li jittorturaw lill-immigranti jistgħu iwasslu għal responsabbiltà kriminali għal reati kontra l-umanità’ – espert dwar il-liġijiet internazzjonali
Hu u jiġi intervistat mill-ġurnal Kattoliku Taljan L’Avvenire, kelliem għall-aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex għadda informazzjoni li turi li s-servizzi tas-salvataġġ tal-Italja, ta' Malta u tal-Libja kienu ngħataw l-informazzjoni kollha li kienu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jsalvaw lill-immigranti li kienu riekbin fuq dinghy li minnhom 5 għerqu u 7 oħra ħadd ma jaf x'sar minnhom. Dawk [...]