Bħallikieku mhux biżżejjed li f’pajjiżna hawn bosta li jiddilettaw jiktbu kummenti bla sens u mimlijin mibgħeda fuq il-Facebook b’kitba tal-Malti li twaħħax.
Din il-marda issa jidher li ttieħdet mid-dipartiment tal-informazzjoni uffiċjali tal-gvern. Agħtu daqqa t’għajn lejn il-kummenti fil-Facebook tal-ġurnal lokali Illum li kien qed jirrapporta dwar il-kwistjoni eżistenzjali taħraq li hemm bejn il-bord tat-tmexxija tal-Air Malta u l-ħaddiema tal-kumpannija.
U agħtu daqqa t’għajn lejn ir-reazzjoni tad-Dipartiment tal-Informazzjoni. Il-livelli ta’ mġieba tant huma baxxi li ma tistax tibqa’ ssejħilhom ħlief livelli ta’ medjokrità.