Reno Calleja ilu għomru u żmienu jogħxina bid-daħk. Kien ministru fil-gvern ta’ Dom Mintoff sakemm spiċċa biex, qasir il-għomor, kalawħ ‘il barra. Għomor u żmien ta’ irrilevanza li qattgħu jħuf madwar il-Partit Laburista bħal dinosawru rxuxtat minn żmien meta tal-Labour kienu jservu ta’ qaddejja fidili taċ-Ċina Komunista f’din in-naħa tad-dinja.

Għal żmein twil dan ried ibellagħlna l-illużjoni li hu ammiratur taċ-Ċiniżi meta fil-fatt m’huwa xejn ħlief sostenitur ideoloġiku ta’ dak li x’aktarx isejjaħlu d-dittatorjat tal-proletarjat.  Kif kienet kitbet Daphne Caruana Galizia, meta fl-1989 il-Komunisti Ċiniżi kienu ħarġu t-tankijiet biex ixejjnu l-protesti fi Pjazza Tienanmen bil-forza, huwa kien żamm magħhom. Iżda mbagħad ma ddardar xejn jiġbor “ix-xaħam” mill-ħruġ ta’ viżi Maltin għaċ-Ċiniżi li xtaqu jżuru pajjiżna.

Illum fil-Facebook kiteb dan li ġej:

Dan mingħalih li ried idaħħak. Qed jiċċelebra l-fatt li l-ħolma tiegħu li Malta ssir stat b’partit wieħed tinsab qrib li ssir realtà.

Għal ġieħna, Reno Calleja huwa r-rappreżentant tal-prim ministru fuq il-kunsill tal-Università ta’ Malta.