Imħuħ korrotti

By
2020-08-31T21:33:12+02:00Mon, 31st Aug '20, 15:01|

Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq programm televiżiv, Robert Arrigo “offra l-kariga ta' Deputat Kap” tal-PN lil Bernard Grech kemm il-darba dan tal-aħħar jirtira mit-tiġrija biex jinħatar Kap tal-PN. Jaqaw Robert Arrigo ħaseb li qed jinnegozja xi trasferiment ta' players tal-futbol tal-klabb l-antik tiegħu? Robert Arrigo jokkupa l-pożizzjoni ta' deputat kap tal-Partit Nazzjonalista bis-saħħa [...]

Forċina għall-ħdura u l-mibgħeda

By
2020-08-31T13:24:53+02:00Mon, 31st Aug '20, 12:37|

Waħda mit-trolls tal-Labour Georgina Cardona tgħidx x'kjass qajjmet fuq il-Facebook meta allegat li Repubblika hi waħda mill-għaqdiet li qed jibbenefikaw mill-flus miġburin mill-Community Chest Fund u l-Istrina. Din xandret speċi ta' lista li fiha tissemma' Repubblika iżda huwa ċar li dan is-suppost dokument ma fieħx l-ismijiet ta' dawk l-għaqdiet li jgawdu mill-flus li jinġabru. Din [...]

Xhieda li kompliet tikkonferma li l-pożizzjoni ta’ Adrian Delia m’hix tenibbli

By
2020-08-28T10:10:08+02:00Thu, 27th Aug '20, 15:51|

Mix-xhieda li ngħatat illum fil-qorti mill-investigatur ewlieni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Keith Arnaud, irriżulta li dak li ġie mxandar fil-ġurnali dwar il-messaġġi tal-WhatsApp bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u dak li jinsab mixli bid-delitt Yorgen Fenech huwa kollu minnu. L-ewwel messaġġi xxandru f'Lulju mit-Times of Malta. U llum ixxandru oħrajn mill-Malta Today. Adrian Delia [...]

Mexxi. Mexxi. Mexxi.

By
2020-08-28T10:00:37+02:00Thu, 27th Aug '20, 15:36|

Fil-qorti llum, il-Pulizija xehdet li fiż-żmien li fih kien ġie arrestat, Yorgen Fenech qalilha li kien Keith Schembri li qabbdu biex jippjana l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kienu ilhom diġà jitkellmu għal ċertu żmien qabel Keith Schembri qallu: Mexxi. Mexxi. Mexxi. Il-Pulizija xehdet ukoll fil-qorti li Yorgen Fenech qalilha li Joseph Muscat kien jaf bil-pjan. [...]

Jekk tinħakem mid-dubju, waħħal f’Ian

By
2020-08-25T13:45:44+02:00Tue, 25th Aug '20, 10:08|

F'Mejju li għadda, The Shift News irrappurtat li l-President u l-Prim Ministru kienu separatament ċaħdu talba li saritilhom taħt l-Att dwar l-Informazzjoni Ħielsa biex tixxandar l-ittra tar-riżenja ta' Joseph Muscat. Ir-raġuni li kien ta l-Prim Ministru kienet waħda li wieħed seta' joqgħod fuqha: l-ittra tar-riżenja ma kienitx qed tinżamm fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u għaldaqstant ma [...]

Il-Pravda u l-Izvestia

By
2020-08-21T15:20:21+02:00Fri, 21st Aug '20, 14:53|

Ftit ħin wara li ħabbart li l-Pulizija bgħatet għal Joseph Muscat biex tagħmillu mistoqsijiet b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħbar xterdet fil-paġni ta' quddiem tal-mezzi tax-xandir elettroniċi kollha f'Malta. M'għandniex għalfejn niskantaw. Eks-prim ministru msejjaħ biex jiġi nterrogat mill-Pulizija? Dwar qtil? Ta' ġurnalista? Kif trid tkun aħbar biex tieħu l-prominenza fl-ewwel paġna? Kollha? Kważi [...]

Il-Pulizija tibgħat għal Joseph Muscat biex iwieġeb għal mistoqsijiet b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

By
2020-08-21T13:47:34+02:00Fri, 21st Aug '20, 13:30|

Fis-siegħat li ġejjin, l-eks prim ministru Joseph Muscat mistenni jkun fil-kwartier ġenerali tal-pulizija biex iwieġeb mistoqsijiet b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Qabel isirulu l-mistoqsijiet, huwa mistenni li jiġi mwissi u ser jiġi mitlub iwieġeb għal informazzjoni li għadda lill-Pulizija dak li hu mixli li kien il-moħħ wara l-assassinju, Yorgen Fenech. Din hi l-ewwel darba [...]

Qishom dundjani b’seba’ mitt sena biex jasal il-Milied

By
2020-08-20T11:52:52+02:00Wed, 19th Aug '20, 16:41|

M'għandix l-iċken dubju li l-produtturi u l-atturi li qed jaħdmu l-film Jurassic World ma jixorbux mill-għajn tal-aħbarijiet tal-One TV. Qed ngħid dan għax jidher li ħarbiltilhom l-aħbar li Malta kellha l-aħjar tarka difensiva għal kontra l-imxijja tal-coronavirus. Li m'għandniex għalfejn noqgħodu nħabblu rasna tant li l-kap tal-gvern jista' jaqbeż sa Marina di Ragusa biex jaqdef [...]

Ġimgħa tal-blieħ

By
2020-08-19T16:38:05+02:00Wed, 19th Aug '20, 10:33|

L-isforzi li qed nagħmlu biex nibqgħu mqajmin qed ibażwruna. Ix-xokkijiet elettriċi huma meqjusin bħala metodu ta' tortura. Iżda issa wasalna fi stat li jibda' jinħass l-uġiegħ f'ġisimna hekk kif jieqfu dawn ix-xokkijiet. Dan li ġej huwa biss kampjun tal-ġrajjiet li jbellħuk li seħħew matul din il-ġimgħa - ġimgħa li, bħall-erbat ijiem tal-Milied, s-soltu ma jseħħ [...]

ERĠGĦU AGĦTU DAQQA T’GĦAJN: Lid-dinja Edward Scicluna jgħidilha li “s-sitwazzjoni tidher kerha. Imma m’hix, tafux.”

By
2020-08-18T11:15:53+02:00Tue, 18th Aug '20, 09:13|

Din il-ġimgħa is-CBS 60 minutes reġa' xandar il-filmat li kien ħadem dwar Malta wara li kien seħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan il-filmat kien ixxandar għall-ewwel darba f'Diċembru 2018. Dan il-filmat ta' min jerġa' jarah għaliex wieħed malajr jintebaħ li f'Diċembru 2018 Malta kienet pajjiż differenti minn dik li hi llum. Dak iż-żmien lil [...]

It-tiġieġ u l-kċejjen

By
2020-08-17T19:12:18+02:00Mon, 17th Aug '20, 10:58|

Dan l-aħħar rajt u qrajt diversi kummenti dwar dak li stqarr Edward Scicluna l-ġimgħa li għaddiet fis-sens li l-pajjiż kien (u għadu?) mmexxi minn gvern li jaħdem fuq żewġ livelli. Fuq livell wieħed hemm il-famuż "kabinett tal-kċina" li fih kienu jittieħdu d-deċiżjonijiet li jiswew. Edward Scicluna, il-Ministru tal-Finanzi, ma kienx jifforma parti minnu. Fih kienu [...]

Li kieku l-istituzzjonijiet tassew qed jaħdmu, Mario Cutajar diġà twarrab

By
2020-08-16T20:03:46+02:00Sun, 16th Aug '20, 16:08|

Il-kwistjoni dwar Mario Cutajar m'hix dik li jitqies ħati minħabba l-imġieba ta' ħuh. Dan m'għandu x'jaqsam xejn u dak li stqarr Mario Cutajar ma' Lovin Malta biex jiddefendi ruħu li hu ma jweġibx għall-imġieba ta' ħuh m'hi xejn ħlief tweġiba għal xilja li m'hix qed issirlu. Iżda Mario Cutajar inkixef hekk kif irrepeta l-ħrafa li [...]

Mario Cutajar mhux ta’ b’xejn kien ħareġ jiddefendi s-sistema tal-ingaġġar ta’ “persuni ta’ fiduċja”

By
2020-08-16T21:16:08+02:00Sun, 16th Aug '20, 13:35|

F'Malta għandna ħaddiema tas-servizz ċivili fil-qasam tal-affarijiet barranin u li jintbagħtu biex iservu lill-pajiiż lil hinn minn xtutna li huma kapaċi f'xogħolhom. Ikun hemm okkażjonijiet li fihom gvernijiet ikunu ġustifikati li jagħmlu ħatriet politiċi għat-tmexxija ta' ambaxxati Maltin l-aktar minħabba raġunijiet li politikament ikunu sensittivi. Għal ħatriet diplomatiċi, jistgħu jinħatru diplomatiċi jew inkella persuni maħturin [...]

Qed nerġgħu nittieħdu mill-marda nazzjonali tar-regħba u tal-impunità

By
2020-08-11T18:36:54+02:00Tue, 11th Aug '20, 16:03|

Robert Abela qalilna li t-tfal għandhom jattendu l-iskola. Qal dan bħallikieku dawk li qed irabbu t-tfal ma jriduhomx jattendu l-iskejjel. Ifakkarna - għaliex mid-dehra jeħtieġ li jkollna min ifakkarna - li jeħtieġ li t-tfal ma jkomplux ifallu l-iskola. U li jeħtieġ li nibbilanċjaw il-ħtieġa li t-tfal ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom mal-ħtieġa li nħarsulhom saħħithom, kif ukoll [...]

Il-vittma vera tal-Corona

By
2020-08-06T15:38:42+02:00Thu, 6th Aug '20, 07:34|

Il-vittma vera tal-Corona il-gwaj, Mhux dak il-pazjent xiħ, li bilkemm għadu ħaj. Għax skont Brian Tonna li qed jibki kif konna, “Ta' Kastilja m’għandhomx ħin għal kontijiet f'Dubai."

Il-ballu tal-qamar

By
2020-08-06T15:37:00+02:00Thu, 6th Aug '20, 07:31|

Ftit tal-ġranet ilu f’tal-Moon Ball, l-okkażjoni, Miriam beżgħat sew, b’tal-virus ir-riperkussjoni. U kif daħlu 'l-Verdala, Kulħadd mlibbes gala, George weġibha “Jien, lejali lejn il-kostituzzjoni.”

Il-qanpiena ta’ Julia

By
2020-08-05T11:31:26+02:00Wed, 5th Aug '20, 11:08|

Wieġbet urtata l-ministru Farrugia: “Jien mhux bħal Konrad, minix maħmuġa. Minhix Michelle, ma nilbisx kowts; Ma' Yorgen jien, ma mmurx fuq boats; U Boris qalli li rqieqa għasluġa.“

Is-Sur Sappituttu

By
2020-08-05T11:29:29+02:00Wed, 5th Aug '20, 11:06|

Rajna 'l-eks-ministru fid-departures, fil-kju, qalilna li sejjer  “star consultant mal-WHO*” “Absolutely! Essentially, the Covid helps in family planning too.”

M’hix mewġa, imma tsunami

By
2020-08-05T11:33:54+02:00Wed, 5th Aug '20, 11:03|

Prim, tagħmilx bħal ta' qablek għax tinkwetani. Din tal-Covid, qisha kobb'oħra tal-Ażerbajġani. Dir-ras iebsa għalfejn? Jew ma tafx tgħodd sal-mitejn? Din veru mhix mewġa, imma tsunami.

Sploda l-konsum

By
2020-08-05T11:27:09+02:00Wed, 5th Aug '20, 10:47|

Rajna wkoll 'l-Ministru tal-Enerġija. Qal li l-konsum sploda bil-pandemija. "Anke l-pills blu ma sabx jixtri hu, għax f'Malta kulħadd għaddej għalenija."

Go to Top