Dalgħodu tat-Times of Malta xandru editorjal intitolat “the yardstick in public life”. L-editur ikkummenta dwar il-vizzju ġdid ta’ Robert Abela li jipposponi d-deċiżjonijiet li jkun jeħtieġ li jittieħdu kull darba li jiżgarraw il-ministri tiegħu. Robert Abela stqarr li ser jistenna li tinqata’ deċiżjoni mill-qorti tal-appell dwar kawża ta’ libell li fiha Ian Borg ma kienx parti iżda li fiha ġie dikjarat li x-xhieda tiegħa ma setgħetx titwemmen mill-qorti. U, dwar Rosianne Cutajar, qal li ser jistenna’ biex jara x’għandu x’igħid il-kummissarju dwar l-istandards George Hyzler dwar l-imġieba tagħha qabel jiddeċiedi dwar il-futur politiku tagħha.
Skont l-editorjal: “Il-messaġġ li jintbagħat għandu jkun ċar: il-ħajja pubblika m’hix negozju jew impjieg li permezz tiegħu taqla’ għajxien tiegħek. Il-qofol tal-ħajja pubblika huwa s-servizz lejn is-soċjetà, bir-responsabbiltajiet u s-sagrifiċċji li dan is-servizz iġib miegħu.”
Permezz tal-Facebook, Anna Mallia kitbet messaġġ mgħobbi bl-ambigwità morali li saret magħrufa għaliha. U Karol Aquilina ma damx wisq biex ta risposta f’waqtha lil din il-propagandista tal-Labour, ġudikant part-time u avukata oħra ta’ Yorgen Fenech.
Araw il-botta u r-risposta hawn isfel.
Jekk tinsab f’burdata ta’ ambigwità morali à la Anna Mallia, segwu dan it-tweet tal-BugM. Mid-dehra, nkunu qed immorru direttament kontra l-kultura tagħna jekk nippretendu li l-politiċi m’għandhom qatt jaħslu flus li jkunu maħmuġin. Skont Anna Mallia r-razziżmu huwa meqjus ħażin għaliex dak huwa t-twemmin ta’ kulturi oħrajn u dan it-twemmin ġie mpost fuqna. Daqshekk sempliċi.
Not laundering money is a ‘culture shock’ in Malta (particularly to Labour MPs) according to Anna Mallia, Labour grandee Alfred Mifsud’s niece & the government’s appointee to hear appeals on denied FOI requests & most recently employee disputes. pic.twitter.com/LpQD6Al6bs
— BugM (@bugdavem) November 15, 2020