Kulħadd qed jassumi li l-parir li Kenneth Grech ta lil Frank Fabri mill-ministeru tal-edukazzjoni favur il-posponiment tal-ftuħ tal-iskejjel wara l-waqfa tal-Milied kienet imsejsa biss fuq il-fehma professjonali ta’ Grech.

Dan qed jingħad minħabba żewġ fatti. L-ewwel, li Kenneth Grech biss twarrab mill-anti-covid medical team. It-tobba l-oħrajn ma twarrbux u għadhom hemm. It-tieni, l-gvern m’hu igħid assolutament xejn dwar dak li seħħ u dan il-fatt biss qed inibbet ħafna spekulazzjonijiet.

Dak li qed jassumi kulħadd m’għandux jitqies bħala vanġelu. Wara kollox, Kenneth Grech kien jifforma parti minn team sħiħ. Kemm tassew jista’ wieħed jemmen li l-parir li ta Grech lid-dipartiment tal-edukazzjoni x’aktarx kien ingħata biss fil-vesti personali tiegħu u ma kienx parir li rrifletta dak li kien qabel fuqu it-team kollu?

Nistaqsi: t-tobba li jifformaw parti mit-team li qed jaħdem biex tingħeleb l-imxijja lkoll qablu u rrakkomandaw li l-iskejjel kellhom jibqgħu magħluqin wara l-btajjel tal-Milied?