Il-poplu mhux ser jinjora l-konsegwenzi perikolużi tal-inkompetenza
Ma nistax nimmaġina kif dan li ser nikteb b'xi mod jista' jagħti pjaċir lil xi ħadd. Iżda bl-eċċezzjoni tat-trolls lealissimi, ħadd m'għad għandu fiduċja li d-direttivi li jagħti l-gvern qed iservu biex tiġi miġġielda l-imxijja. Ninsabu f'sitwazzjoni disastruża. Wasalna f'estremità li fiha l-president tal-għaqda tat-tobba qed igħid lin-nies biex ma joqgħodux jistennew li jinħarġu direttivi [...]