Din hi kamra tal-aħbarijiet li ċertament m’għandhiex għalfejn tħabbel rasha dwar id-digriet li tat il-Maġistrat Rachel Montebello. Isismgħu u araw dan ir-rapport ta’ TVM dwar is-smiegħ tal-kawża kontra Keith Schembri. Rapport li faċilment seta’ kitbu Keith Schembri nnifsu u li jikkonsisti f’lista ta’ mistoqsijiet li saru waqt il-kontro-eżami tal-pulizija nieqes mill-kuntest dwar il-provi li l-pulizija ressqu kontra tiegħu.
Jekk int wieħed minn dawk li ssegwi t-TVM (bħalma tagħmel il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni), ma tistax ħlief tikkonkludi li Keith Schembri m’huwa xejn ħlief priġunier politiku. Pinġewħ bħallikieku jinsab għaddej persekuzzjoni li tixbaħ lil daik li kienu jiġu mgħoddija minnu l-Insara fi żmien Dijoklezjanu. Kważi kważi tasal biex timmaġina lil Keith Schembri jingħata t-torturi bħal Sant’Agata f’Katanja.
Hawn min igħid li l-ġustizzja għandha tidher li qed issir u din hi r-raġuni li Keith Schembri qed jiġi proċessat fil-qorti pubblikament. Iżda tat- TVM (bħall-istazzjoni tewmi l-One) dan il-proċess irrappurtawh bħallikieku jammonta għal xi nġustizzja kontra tiegħu.
Jekk int wieħed minn dawk li ssegwi t-TVM, ħadd ma jkun jista’ jlumek jekk tifhem li Keith Schembri qed jinżamm arrestat għaliex il-Pulizija hi tal-fehma li ffranka aktar minn €2 miljun lill Progress Press u li hu qatt ma ħa ċenteżmu minn dak li mhux dovut lilu.
U f’dan il-każ, ikollok raġun jekk tirrabja għas-sistema ġudizzjarja u tibda’ taħseb li din qed taħdem kontra “tfal Laburisti minn Bormla”. Rapport bħal dan jasal biex iqanqal ġo fik il-mibgħeda kontra “dawk ta’ Defni u dawk tas-sifilsosajiti”. U moħħok jibda’ jimmaġina lil Simon Busuttil, liebes ta’ inkwiżitur, jaħraq ħajjin lit-tfal tal-Lejber.
Dan hu li joħloq il-firda fil-pajjiż. M’għandniex il-ħila li għallinqas niftehmu dwar il-fatti – ħalli mbagħad nesprimu fehmiet differenti dwar dawn il-fatti. Tat-TVM huma fid-dmir li lill-poplu jwasslulu l-fatti u jekk ma naqblux fuq il-fatti ma jistax ikollna dibattitu ċivilizzat.
Il-bieraħ tat-TVM xandru rapport ieħor. Ma setgħux ma jsemmux ir-0riżultat tal-investigazzjoni li għamlu tat-Times of Malta u tar-Reuters dwar is-sid ta’ Macbridge. It-titlu tar-rapport jibda’ bil-kliem “Jirrapportaw li …”, apposta biex jitnaqqas is-sinjifikat ta’ dak li tkun ser tisma’. Ma qiegħdux il-kliem b’dan il-mod minħabba xi għira li jista’ għandhom għat-Times of Malta talli dawn ħarġu bl-istorja qabilhom għaliex dan ikun ifisser li diġà kienu qed jinvestigaw il-kwistjoni.
Il-kamra tal-aħbarijiet – kamra li għandha riżorsi finanzjarji u riżorsi umani mill-aqwa – qatt ma kienet interessata li tinvestiga din l-istorja. Jew saħansitra kwalukwe storja oħra li tista’ tkompli tikxef lill-Gvern Laburista ta’ dak li fil-fatt hu – jiġifieri gvern mafjuż. mafia organisation that it is.
L-avukati ta’ Yorgen Fenech qatt m’huma ser ikollhom għalfejn jitolbu lill-Maġistrat Rachel Montebello sabiex din tordna lill-Pulizija biex jinterrogaw lill-ġurnalisti ta’ TVM. U f’każ li jkun hemm xi dubju, dan m’huwiex sewwa.