Ir-raġuni ewlenija għala għandu jwarrab Edward Zammit Lewis
Ir-raġuni ewlenija l-għala Edward Zammit Lewis għandu jwarrab m'hix għaliex dan offenda lill-votanti u partitarji tiegħu stess bi kliem dispreġġjattiv meta għajjarhom "ġaħan". Dawn għandhom raġun jieħdu għalihom u x'aktarx li din it-tgħajjira ser jibqgħu jiftakruha dakinhar li jmorru jivvutaw fl-elezzjoni li ġejja. Meta semma' l-kelma "ġaħan", Edward Zammit Lewis kien f'nofs konversazzjoni ma' bniedem [...]