Ingħaqad magħna għada s-16 ta’ Awwissu fis-7pm f’Misraħ l-Assedju. Ibqgħu ċerti li jekk nibqgħu ċassi, dawn ser jagħmlu minn kollox biex igħadduha lixxa għall-qtil ta’ Daphne.

Il-kelliema ser ikunu Becky D’Ugo minn #occupyjustice, Neil Falzon minn Aditus u Alessandra Dee Crespo minn Repubblika.

Ser ninġabru għall-ewwel darba fil-Belt Valletta wara li għaddiet aktar minn sena sħiħa. Min bi ħsiebu jattendi huwa mħeġġeġ li jilbes maskra u li jżomm id-distanzi soċjali.

Narawkom hemm.