Din hi kompetizzjoni organizzata minn kandidata Laburista fil-ġurnal l-orizzont. Aqtgħu naqra x’inhi l-kelma b’erba’ ittri li tibda’ bil-Ħ li tidher bl-iswed fuq is-sinjal tat-traffiku.
Il-fatt li l-“Perit Audrey” tippretendi li int għandu jistħoqqlok premju talli twieġeb dik il-mistoqsija turik kif fil-fatt tistmak.
Issa intom tafu kemm dawn ta’ spiss igħidu li aħna “elitisti” u li nistmerru lill-“ħamalli”.
Din l-imbierka jidher li telgħet it-tarġiet tal-elitiżmu erbgħa erbgħa hi u tittawwal mill-pedestall tagħha lejn dawk li tippretendi li għandhom joqgħodu jeċċitaw ruħħom b’dan l-imbarazz li vvintat.