Joe Brincat qed jerġa’ jaħli ħinu fuq spedizzjoni bla sens. Irreġistra protest ġudizzjarju llum jitlob lill-Avukat tal-Istat biex jibda inkjesta dwar il-kondotta tal-inkejsta ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-ittra tiegħu fiha ammont eċċessiv ta’ termini legali biex taparsi tagħtiha kredibbiltà u importanza. M’għandniex xi ngħidu, hija ittra bla sens. L-inkejsta mhix proċess ġudizzjarju anki jekk immexxi minn imħallfin. Huwa ħela ta’ żmien li jipprova japplika prinċipji tal-proċedura tal-qrati.
L-inkjesta hija proċess amministrattiv, m’għandha intenzjoni tiddetermina ħtija jew innoċenza ta’ ħadd u għalhekk m’għandhiex bżonn it-tip ta’ salvagwardji li huma neċessarji f’qorti. Dan jinkludi kwalunkwe “dikjarazzjonijiet” oħrajn li l-membri tal-bord tal-inkjesta jafu għamlu jew m’għamlux band’oħra.
L-iktar oġġezzjoni stupida f’serje ta’ oġġezzjonijiet stupidi kienet li r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta marru oltre t-termini ta’ riferenza tal-inkjesta għax it-termini ta’ riferenza ma stednux lill-inkesta tagħmel rakkomandazzjonijiet.
Imma minn fejn iġib dawn il-ħmerijiet Joe Brincat?
La rakkomandazzjonijiet ma jorbtux – u ma jorbtux – ħadd m’għandu bżonn l-ebda strument legali speċifiku biex jagħmilhom. Jien nista’ nagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvern. Alla jaf li nagħmilhom il-ħin kollu. Il-gvern, ovvjament, għandu kull dritt jinjorani. Alla jaf li hekk jagħmel il-ħin kollu.
Hi ftit aktar diffiċli tinjora l-bord tal-inkejsta ta’ Daphne Caruana Galizia u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom għax għandhom is-saħħa tal-evidenza li semgħu u kkompilaw fl-inkjesta u l-loġika tagħhom ma tistax tmeriha.
Il-gvern xorta liberu jinjora r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta, u sa fejn nistgħu naraw, eżatt hekk biħsiebu jagħmel.
Imma għandu bżonn ħbieb bħal Joe Brincat biex jiskreditaw l-inkjesta f’ismu, biex inawwar il-forza morali tal-inkjesta u r-rakkomandazzjonijiet tagħha.
Joe Brincat qatt ma ddejjaq ikun żbaljat, anki żbaljat bil-kbir. Hu għamel intervent fil-kawża li għamilt kontra l-gvern talli ma ħalliex lili (u ħafna oħra) milli nkomplu l-protest tagħna ħdejn il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir. Qal li l-protest tagħna neħħielu d-dritt li juri s-sogħba tiegħu għal qarib li kien jaf u jħobb, preżumibbilment qarib li kien jaf u jħobb li miet fl-Assedju l-Kbir tal-1565.
Il-qorti semgħet lil Joe Brincat bil-paċenzja kollha. Imbagħad injoratu. Għax hekk tagħmel b’rakkomandazzjonijiet stupidi.
Il-protest ġudizzjarju ta’ Joe Brincat tal-lum jixbah l-intervent li kien għamel fil-kawża tiegħi kontra l-gvern. Mhux l-intenzjoni li jkollu raġun. Mhux l-intenzjoni li tiġi kkunsidrata b’serjetà minn min għandu xi poter.
L-intenzjoni hi biex jagħti partitarji komuni tal-Partit Laburista xi ħaġa ma xiex jiggranfaw, realtà alternattiva li jistgħu jemmnu, meta l-fatti juruhom li għandhom żball. Hu l-ekwivalenti anzjan ta’ Edward Zammit Lewis li akkuża lil Simon Busuttil li ken “theddida għas-saltna tad-dritt f’pajjiżna”.
Gvernijiet tiranniċi għandhom bżonn buffi wkoll. Hawn hu: Joe Brincat.