Sinjuri tat-TVM – il-kliem “ħmistax” u “attwalità” ma joqogħdux flimkien

By
2021-10-05T20:16:12+02:00Tue, 5th Oct '21, 17:45|

Fil-preżent lill-gvern xejn mhuma jdejquh dawk li qed ifasslu l-programmi ta' attwalità tat-TVM. Ma' dak l-istazzjon, kull min kellu xrara ta' imparzjalità ilu li tqabbeż 'il barra. Iċ-ċirkolari li tqassmet u li nkixfet mit-Times of Malta u li lil dawk li jfasslu l-programmi ordnatilhom biex javżaw lill-management minn ħmistax qabel, turi l-istat miskin u partiġġjan [...]

Kemm ser indumu nissaportu l-ġennati ta’ John Dalli?

By
2021-10-06T21:07:13+02:00Tue, 5th Oct '21, 07:26|

John Dalli sar qisu dak iz-ziju li, akkost kollox, ikun jaqbillek tevitah anki matul il-ġranet tal-Milied. Ma tridx wisq għerf biex ixxomm kull pass li jkun biħsiebu jagħmel. Ftit huma dawk li skantaw li, minn tant nies, kellu jitfaċċa proprju ismu hekk kif inkixfu l-kontijiet sigrieti tal-banek tal-Pandora Papers. It-tweġiba tiegħu wkoll wieħed seta' jbassarha. [...]

Qed jiżirgħu ż-żerriegħa tal-qerda tal-gvern li jmiss

By
2021-10-05T20:22:04+02:00Tue, 5th Oct '21, 07:23|

Robert Abela għadu ma xebax jgħatti xtur Rosianne Cutajar. Il-prim ministru u l-gvern tiegħu jafu ben tajjeb li din mhux biss qed tħammar wiċċ pajjiżna, iżda jafu wkoll li l-imġiba tagħha mhi aċċettabbli xejn. Ilbieraħ għamlu ammissjoni indiretta li kumitat indipendenti ta' membri parlamentari Ewropej kienu appik waslu biex ikeċċuha mill-Kunsill tal-Ewropa dwar kwistjoni ta' [...]

Go to Top