Jekk żortu din il-website f’dawn l-aħħar ftit ġranet, stajtu tinnutaw avviż dwar cookies li jistaqsukom tikkonfermaw taqblux jew le mal-ħażna ta’ informazzjoni dwar iż-żjarat tagħkom.
Dan l-avviż qasir qed isir sabiex isserrħu raskom li l-istess avviż huwa wieħed ġenwin u mhux frott ta’ xi sabutaġġ minn barra.
Dan kelli bżonn ngħidu – u kien messni ħsibtu minn qabel – għaliex sforz l-ispoofing u l-attentati oħra ta’ sabutaġġ li rajt ma’ wiċċi f’dawn l-aħħar snin kemm ilha teżisti din il-website, bosta kienu dawk li bagħtu jistaqsuni jekk dan kienx xi attentat ieħor biex jagħmilli l-ħsara.
Mhu xejn minn dan kollu. Iżda huwa obbligu legali li lil dawk li jżuru l-website tiegħi mhux biss nagħtihom iċ-ċans li jirrifjutaw il-cookies (kif dejjem għamilt) iżda biex ninfurmahom ukoll li għandhom dak l-għażla (kif qed nagħmel issa).
Ma nistax nimmaġina għaliex min isegwi lil din il-website ma jkunx dispost li jippermetti l-ħażna tal-cookies, iżda din hi deċiżjoni li dwarha jien ma nistax nindaħal.
Għaldaqstant jeħtieġ li tiddeċiedi u kompli ssegwi.
Grazzi talli għal darb’oħra qed taqra l-kitbiet tiegħi.