Oħt il-mara ta’ Robert Abela qed tirsisti biex ikollha siġġu fil-Parlament. Hi u tfittex li takkwista siġġu, jidher kulħadd ikollu joqgħod bilwieqfa. Araw ftit x’trakk propagandistiku faqqgħetilna f’Bormla, il-lokalità li, ironikament, fiha sservi bħala sindku. Dan it-trakk m’għandekx bżonn lenti biex tilmħu.

Dan ir-ritratt bagħatuli xi ħadd li ried jeħodha bil-mixi minn fuq medda li hemm f’Bormla riżervata għan-nies u li issa tinsab ingumbrata minn dan it-trakk li huwa twil madwar 20 metru u li jperreċ ritratt tas-Sindku Zerafa Civelli.

Tafu fejn tinsab l-ironija? Meta jkun jaqblilhom, jgħidulna li l-kampanja elettorali għadha ma bdietx. Skont tan-Newsbook, dawn irċevew telefonata bi żball mingħand galoppina ta’ Ian Borg li offriet impjieg bi tpartit ma’ vot għall-ministru tat-trasport fl-elezzjoni li ġejja.

Offerta bħal din tammonta għal delitt kriminali li jissarraf f’ikla ħabs hekk kif titħabbar id-data tal-elezzjoni. Iżda, sakemm ma tkunx tħabbret id-data tal-elezzjoni, offerta bħal din (bl-implikazzjonijiet morali kollha li ġġib magħha) mhix illegali.

Għaldaqstant, huma u jistagħdu għall-voti u jingumbraw passaġġi riżervati għan-nies, jaqblilhom li jibqgħu ma jħabbru xejn sal-aħħar mument dwar id-data ta’ meta mistennija ssir l-elezzjoni.