Mill-vilel lussużi tagħhom, dawn għandhom l-ardir jixlu lil ħaddieħor b’elitiżmu
Ilbieraħ il-ġurnalist tal-Malta Today James Debono xandar analiżi dwar il-permess li kien inħareġ għall-villa ta' Robert Abela li tinsab fil-limiti taż-Żejtun u barra miż-żona ta' żvilupp. U, minkejja dan, il-paġni ta' quddiem tal-ġurnali tal-lum jittrattaw dwar l-ispjegazzjonijiet li għamel Bernard Grech dwar l-issanzjonar li kien sar mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-villa tiegħu f'żona residenzjali fil-Mosta. Għal darb'oħra [...]