Il-Fondazzjoni Daphne: “il-gvern naqas li jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Imħallfin tal-inkjesta ħlief għal waħda”

By
2022-07-30T17:20:39+02:00Fri, 29th Jul '22, 09:02|

Rapport imxandar mill-fondazzjoni mwaqqfa mill-familja ta' Daphne Caruana Galizia issostni li "ħames snin wara l-assassinju ta' Caruana Galizia u sena mill-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Inkjesta Pubblika tista' tgħid li ma ttieħdet ebda azzjoni konkreta u ma tfasslux proposti leġislattivi sinjifikanti sabiex il-ġurnalisti ikunu jistgħu jaħdmu f'ambjent aħjar." "Fin-nuqqas ta' azzjoni urġenti mill-gvern ta' Malta, jeżisti riskju qawwi [...]

L-Inkjesta Daphne: sena wara

By
2022-07-28T11:55:01+02:00Wed, 27th Jul '22, 11:50|

Dan li ġej huwa sunt tar-rakkomandazzjonijiet li segwew il-konklużjonijiet tal-inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li xxandru sena ilu. Il-kolonna tax-xellug tikkwota estratti tar-rakkomandazzjonijiet imħejjija u mxandrin bl-Ingliż mid-Daphne Caruana Galizia Foundation. Fin-nofs jidher is-simbolu "traffic light" li jindika l-istat tat-twettiq ta' kull proposta: il-kulur aħdar ifisser li l-proposta twettqet, il-kulur isfar ifisser li [...]

Qed inħallsu prezz enormi bil-għan li jkomplu jgawdu mill-impunità

By
2022-07-26T15:58:35+02:00Mon, 25th Jul '22, 14:54|

Dalgħodu fil-qorti Repubblika pprotestat kontra l-fatt li l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg baqgħet ma ħaditx passi kontra s-sid tal-Pilatus Bank u kontra d-diretturi tal-bank. Sadattant f'awla tal-qorti, saret kritika ħarxa kontra avukati mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali talli dawn "għaġġlu" meta ddeċidew li jħarrku lill-bank innifsu u lil uffiċjal li kienet taħdem mal-bank, u dan fl-isfond tal-fatt li [...]

Deffsu lill-Imħallef Joe Azzopardi. Għal darb’oħra.

By
2022-07-21T16:52:36+02:00Thu, 21st Jul '22, 10:22|

L-eks Prim Imħallef Joe Azzopardi jidher li huwa mfittex sewwa mill-gvern meta jkun hemm il-ħtieġa ta' xi inkjesta li tkun biss għal għajn in-nies. Azzopardi għadu kemm inħatar biex jinvestiga l-mod kif l-avukati Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran ġew liberati minn akkużi u dan wara li l-Avukat Ġenerali xliehom b'reat kriminali b'ieħor. Għall-ewwel deher [...]

Veru każ ta’ “Hasta ta’ vista”

By
2022-07-21T17:26:05+02:00Thu, 21st Jul '22, 08:11|

Ir-ritratt ta' hawn fuq ma tellajtux biex ngħaddi ż-żmien bix-xandar nazzjonali minħabba żball tipografiku. Dan ma nasalx biex nagħmlu. Aħna lkoll suġġetti għall-iżball. Alla biss jaf kemm nagħmel żbalji jien u nikteb. Dan ir-ritratt tellajtu għax ma nistax naħseb b'ieħor li hu aktar effettiv dwar aħbar negattiva. Tat-TVM ma rrappurtaw xejn dwar rapport tal-OSCE dwar [...]

Il-Barunijiet

By
2022-07-21T17:27:53+02:00Thu, 21st Jul '22, 07:56|

Ħadd mhu jgħid li eks prim ministri għandhom iġibu ruħhom bħar-rejiet tal-medju evu. M'hemmx bżonn li jinqaflu f'xi monasteru u jqattgħu l-bqija ta' ħajjithom mitlufin f'kontemplazzjoni siekta. Iżda dak il-filmat li fih Joseph Muscat ilbieraħ deher jippassiġġa fuq bankina ta' triq f'Oxford mal-iżviluppatur Michael Stivala, li huwa l-president tal-Għaqda Maltija tal-Iżviluppaturi tikxef dak li kellu [...]

Wara li l-gvern Malti injora l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li kienu saru fl-2017, osservaturi fi ħdan l-OSCE b’sensiela ta’ proposti ġodda dwar riformi elettorali

By
2022-07-19T16:30:47+02:00Tue, 19th Jul '22, 08:44|

Minn rapport imxandar dan l-aħħar mill-osservaturi tal-elezzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Istituzzjonijiet Demokratiċi u tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan l-Organizzazzjoni dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) irriżulta li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li kienu saru minn delegazzjoni li segwiet il-proċess tal-elezzjoni tal-2017 ġew injorati mill-awtoritajiet Maltin. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet issa reġgħu saru u fir-rapport magħhom żdiedu proposti li kienu saru fl-2021 [...]

Minkejja l-paroli, l-impunità għadha magħna

By
2022-07-14T12:37:11+02:00Wed, 13th Jul '22, 16:17|

Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-qagħda tas-saltna tad-dritt f'Malta huwa miżgħud bi kwotazzjonijiet li l-gvern jista' jużahom biex jiftaħar talli baqa' m'għamel xejn. Jammettu b'mod indirett li s-saltna tad-dritt taħt Joseph Muscat tgħaffġet taħt is-saqajn. Użajt il-kelma "indirett" għaliex ma qalux dan kollu b'mod ċar u mingħajr tlaqliq iżda tkellmu b'ton drammatiku dwar ir-"riformi" li [...]

Qed taraw kif l-isforzi kollha li saru ma kinux ta’ xejn!

By
2022-07-12T16:09:03+02:00Tue, 12th Jul '22, 12:49|

Għal 15-il xahar sħaħ, il-Pulizija baqgħet tinjora l-konklużjonijiet ta' inkjesta maġisterjali. Baqgħet tinjora protest ġudizzjarju dwar l-impunità kriminali li ppreżentat Repubblika u ftit wara wieġbet billi stqarret li, fejn tidħol il-kriminalità, Repubblika m'għandhiex tindaħal fejn ma jesagħhiex. Li kien għal Anġlu Gafà, lill-Pilatus Bank kien imissna nsejnieh. Kien ikun eżatt dak li jridu l-operaturi li [...]

Il-wegħdiet li saru dwar il-libertà tal-istampa taru mar-riħ?

By
2022-07-12T16:04:51+02:00Tue, 12th Jul '22, 11:38|

Il-Prim Ministru Robert Abela kiser l-impenn pubbliku li kien għamel li jxandar ir-rakkomandazzjonijet tal-esperti li ħatar biex jagħtuh pariri dwar il-modi kif tista' tissaħħaħ il-libertà tal-istampa u jiġu mħarsa l-ġurnalisti. Skont stqarrija li xxandret f'Jannar li għadda, il-gvern wiegħed li jxandar ir-rakkomandazzjonijiet tal-esperti fi żmien għaxart ijiem minn dakinhar li jkun irċeviehom, iżda Robert Abela [...]

Inkjesta indipendenti dwar il-ħidma tal-Avukat Ġenerali tista’ twassal biex nibdew insibu tarf għall-kriżi tas-saltna tad-dritt f’Malta

By
2022-07-05T18:58:02+02:00Tue, 5th Jul '22, 14:21|

Titnikket int u taqra r-rapport li xxandar illum fil-Malta Today dwar il-kawża li qed tmexxi l-prosekuzzjoni kontra l-Pilatus Bank u kontra waħda mill-impjegati għoljin li kellu. Jidher li l-Maġistrat issa waslet biex titlef is-sabar. Donatella Frendo Dimech wissiet lill-prosekuturi biex "ma jidfnux il-każ" u stqarret li l-provi li tressqu s'issa "mhumiex rilevanti". Kliem bħal dan [...]

Go to Top