Id-dipartiment tal-indafa pubblika ikkonferma li qed ikompli jneħħi fjuri, xemgħat u ritratti li tħallew f’Misraħ l-Assedju l-Kbir. Dawn mhumiex fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir. Mhuma qed itellfu lill-ebda ħaddiema. Mhumiex qed itellfu lanqas lil min ikun qed jimxi. Sempliċiment qegħdin hemm. U huma jneħħuhom. Kull filgħaxija.