Hekk jiġġustifikaw ruħhom tal-Labour.  Jitfgħu partita kuntradizzjonijiet fi kliemhom, iħalltu kwistjoni ma’ oħra, u jġegħilu lin-nies jagħlqu ħalqhom u  jilagħbuha tan-newtrali.

Rajthom jagħmluha ma’ raġel intelliġenti xi ftit tal-ġimghat ilu. Owen Bonnici pprova jgħerreq lil Antonio di Pietro f’baħar ta’ fatti dubjużi, nofs veritajiet u gideb, tant li dal-povru raġel kellu jaqdef bis-salt biex irnexxilu jifhem x’kien qed jingħad.  Iżda raġel intelliġenti bħal di Pietro diġà għadda minnha ħaġa bħal din.  U sal-għada kien diġà nduna li d-difiża sempliċi ta’ Konrad Mizzi hija li dak li l-kaxxi li ħeba l-Panama issa battalhom.  U Antonio di Pietro infaqa’ jidħaq f’wiċċu.

Konrad Mizzi għadu qed jgħid li ħadd qatt ma jista’ jsibu ħati ta’ xi akkuża għax, biex nuża kliemu, l-assi tiegħu għadhom ma ġewx popolati.

Il-fatt li għadu għaddej biha did-diska; il-fatt li rridu nkomplu nisimgħuh; tillegittimizzah.  Totò Riina baqa’ jgħid li kien innoċenti minn wara l-iżbarri tal-ħadid sa ma miet.  Iżda Totò Riina kien ġo ċella.  Konrad Mizzi għadu jokkupa kariga fil-gvern.

U l-gvern jappoġġjah u jgħattilu minflok ittellgħu l-Qorti.  L-investigaturi li skoprew x’kien qed jaghmel tkeċċew u ġew mhedda bil-ħabs jekk jitkellmu dwar dak li jafu.  L-MEP li llum mar il-Qorti bl-informazzjoni ġie ttimbrat bħala traditur u ġie mhedded ukoll b’ikla ħabs.

U biex jiżolaw lil dawk li qed ifittxu li ssir ġustizzja, propagandist tal-Partit Laburista b’pass ta’ ġurnalist illum ħabbar li politiku tal-PN jinsab taħt investigazzjoni tal-FIAU.  Bla dubju l-FIAU se juru entużjażmu kbir għal din l-investigazzjoni.  U mhux se jhabblu rashom dwar ir-riskju tal-ħabs meta jilleakjaw il-kontenut tal-investigazzjoni.  Il-liġijiet tal-pajjiż japplikaw biss meta jkunu ta’ servizz għall-Partit Laburista.

Qed issir dejjem iktar diffiċli li tiqfilha s-setgħa tal-istat.  Il-Membri Parlamentari fl-Oppożizzjoni u kull min ikun suspettat li jappoġġjahom qed jiġu spezzjonati ripetutament: mhux biss bit-tama li jsibu xi ħaġa ħażina fl-affarijiet tagħhom, iżda iktar bħala att ta’ fastidju biex jagħmluha tal-bulijiet sakemm jagħlqulhom ħalqhom.

Uffiċjali tal-Gvern li jaqdu lill-Partit Laburista juruk li għandhom informazzjoni li mhux suppost jaraw biex jagħlqulek ħalqek, u kapaċi jdendlu fuq rasek it-theddida ta’ storja ivvintata li tibda minn għajdut li tant jinfirex li jibda jitwemmen, b’tali mod dan l-għajdut tibda taħseb li wettquh verament huma stess.

M’għadhomx jgħidu li Konrad Mizzi m’għamel xejn.  Issa qed jgħidu li kulħadd kważi maħmuġ daqsu.  Biex jiddevjaw l-attenzjoni mill-evidenza dokumentata tal-istrutturi u l-pagamenti li Konrad Mizzi verament għandu, l-alleati tieghu jinsinwaw li ‘kulħadd hekk jagħmel’.

Hekk jieħdu ħsiebha sitwazzjoni.  Jirremettu skoss gideb fuqha.

Dak ir-ritratt ta’ Mintoff fejn Daphne Caruana Galizia huwa sintomu propju ta’ din l-attitudni.  Ma jridux li n-nies titkellem dwar l-iskandli li kixfet Daphne.  Jridu li n-nies titkellem dwar x’kienet taħseb kieku sabet ritratt ta’ Mintoff maġenbha.

Kienet tirrabja izda mhux għar-raġunijiet li qed taħseb fihom.  Naqtagħha kienet tinfiska minħabba li nħallu lil tal-Labour igerfxu l-kwistjonijiet u jorbtuna biex noqogħdu nparlaw fil-vojt fuq kwistjonijiet irrelevanti; minħabba li nħallu lil tal-Labour jagħmuna minħabba t-tlellix li jwaddbulna.

Din hi kwistjoni sempliċi.  Konrad Mizzi m’għandux ikun ministru ta’ Gvern.  Għandu jkun poġġut f’kamra umduża d-Depot iwieġeb għall-mistoqsijiet, u wara għandu jmur quddiem xi mħallef jitkarrab għal-libertà proviżorja.

Il-boss tiegħu dan ma jaffordjahx.  Konrad Mizzi jpatpat.  Meta jħossu taħt pressjoni, jitbissimlek, imma t-tbissima tinħass sfurzata.  U dan idarras lil ħafna nies.

Ikunu jridu jevitaw li jkollhom lil Konrad Mizzi magħluq ġo kamra fejn la jistgħu jarawh u lanqas jisimgħuh, għax bħallikieku, jkunu qed jissieltu għal ħajjithom, litteralment.