Fuq Triq Reġjonali fl-Imsida dal-għodu:
#Reżistenza għamlet din l-istqarrija ftit minuti ilu:
Ir-rivelazzjonijiet xokkanti tar-Reuters u t-Times of Malta fid-9 ta’ Novembru 2018 u r-rapport ippubblikat ilbieraħ mill-Awditur Ġenerali jikkorroboraw dak li kienet kixfet il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia. Malta tinsab maħkuma minn epidemija ta’ korruzzjoni.
Huwa evidenti li l-parti l-kbira ta’ l-stituzzjonijiet Maltin tradew lill-Poplu billi ppermettew li tifforma xibka ta’ korruzzjoni b’konnessjonijiet b’saħħithom ma’ forzi mudlama internazzjonali.
Qed nistennew li jseħħu arresti u interrogazzjonijiet, li tintalab l-għajnuna ta’ forzi tas-sigurta’ barranin u fuq kollox li jiġu individwati l-politiċi w il-funzjonarji pubbliċi li huma implikati f’din ix-xibka ta’ kriminalita.
Nappellaw lil dawk minn fost l-individwi li joppukaw pożizzjonijiet ewlenin fl-istituzzjonijiet tagħna li għad għandhom għal qalbhom il-ġustizzja w is-saltna tad-dritt sabiex juru kuraġġ u jinsistu li l-kriminali involuti fil-korruzzjoni li ħakmet lil pajjiżna jkunu mressqa quddiem il-qrati w issir ġustizzja minnhom.
Il-korruzzjoni tisraq lin-nazzjon tagħna mill-futur li jixraqlu.