Agħtu daqqa t’għajn lejn il-bieb ta’ barra tal-uffiċċju legali Chetcuti Cauchi Advocates fil-Belt Valletta qabel igħaddu minn hemm il-ħaddiema li jiġbru l-iskart.
Din ix-xena tista’ tistħajjilha bħala waħda li tfakkrek kif kien jidher il-kwartier tal-SS qabel ir-Russi nvadew Berlin. Tfakkrek ukoll fid-dehra tal-uffiċċji ta’ Nexia BT u ta’ Mossack Fonseca (Malta) wara li Daphne Caruana Galizia kienet kixfet li dawk l-uffiċċji kienu ħolqu kumpanniji sigrieti għal Konrad Mizzi, għal Keith Schembri u għal xi ħadd ieħor.
Din ix-xena tal-bieb ta’ barra ta’ Chetcuti Cauchi stajt taraha fuq il-mobile jew fuq il-kompjuter tiegħek jum wieħed wara li l-kanal televiżiv Franċiż M6 xandar filmat ta’ Jean Philippe Chetcuti jiftaħar dwar kemm hu ħobża u sikkina ma’ nies f’Malta li għandhom is-setgħa u dwar kemm għandu l-ħila li jakkwista passaporti Maltin għal dawk li għandhom kondotta kriminali.
Dan Jean Philippe Chetcuti issa qed igħid li l-Franċiżi fehmuh ħażin – mingħalih li din l-iskuża se tkun biżżejjed għalih biex jitpinġa bħallikieku hu xi vittma. Min jaf jekk hux ser jitħajjar imur il-Qorti biex hemm ixandar dak li qalilhom eżatt? Mhux hekk tgħid! Mhux ser jirriskja li xi ħadd jitolbu rendikont ta’ applikazzjonijiet li saru fl-imgħoddi.
Wara kollox, ġaladarba Brian Tonna ma kienx daħal għar-riskju, se joqgħod jidħol għalih hu?