Illum fi Triq ir-Repubblika

By
2018-12-10T17:10:58+00:00Sat, 8th Dec '18, 19:54|

Kemm ilha li nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-attivisti għall-verità u l-ġustizzja ma tantx kellhom b'xiex jifirħu. Din il-kwistjoni m'hix kerha biss minħabba l-bidu faħxi tagħha. Hi kerha għaliex il-Partit Laburista xewwex tant persuni biex jiġi attakkat id-dritt li wieħed jipprotesta, li l-protesti nnifishom qed jitpinġew bħallikieku huma xi atti llegali. It-tqegħid tal-fjuri u x-xemgħat qed [...]

Repubblika fil-Jum Internazzjonali Kontra l-Korruzzjoni

By
2018-12-08T13:15:07+00:00Sat, 8th Dec '18, 13:15|

Id-9 ta’ Diċembru hu l-jum internazjonali iddedikat għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni li, bil-mod il-mod, tattakka u tnawwar l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż. Repubblika tesprimi t-tħassib tagħha għall-mod kif f’pajjiżna l-korruzzjoni saret qisha qarnita li firxet s-swaba tagħha f’kull istituzzjoni u f’kull sfera tas-soċjetà tagħna. Żgur li kull fejn kien hemm u hemm il-bniedem, teżisti l-korruzzjoni, iżda [...]

Jibqa’ jew idabbar rasu?

By
2018-12-10T17:09:31+00:00Fri, 7th Dec '18, 16:05|

Tal-#occupyjustice sejjħu għar-riżenja ta' Adrian Delia. Għall-bidu forsi seta' kien hemm min deherlu li dawn qed jeżaġeraw xi naqra żżejjed. Lil Saviour Balzan, Adrian Delia kien għadu kemm qallu li dawn kienu ħbieb tiegħu, stqarrija ma tantx niżlitilhom għasel. Is-sejħa tagħhom għar-riżenja tiegħu issejset fuq raġunijiet validi. Kull min jokkupa l-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni m'għandu [...]

Portals tal-aħbarijiet foloz taparsi tas-CNN bi propaganda favur il-gvern ta’ Malta

By
2018-12-10T17:08:41+00:00Thu, 6th Dec '18, 12:48|

Qed jitfaċċaw riklami sponsorjati fin-newsfeeds tal-Facebook ta' diversi Maltin ġejjin minn website falza tal-fake-news li ġġib l-isem organicdecors.com li fiha ritratt tal-prim ministru Joseph Muscat u li fiha hemm imħabbar "l-ikbar investiment s'issa f'Malta". Jekk jikklikkja fuq il-link mill-istess newsfeed, qarrej ikun jista' jidħol f'paġna bl-URL www.organicdecors.com li, għal min mhux imħarreġ sew f'dan ir-rigward, tidher [...]

A Borg Cardona: Illum fil-Qorti

By
2018-12-10T17:07:47+00:00Wed, 5th Dec '18, 13:07|

Andrew Borg-Cardona llum kien fl-Awla tal-Qorti fejn Matthew Caruana Galizia xehed dwar il-memorji tiegħu tal-jum li fih ommu nqatlet b'karozza bomba. Illum kont il-Qorti għall-kumpilazzjoni tal-evidenza dwar l-allegati qattiela ta' Daphne Caruana Galizia.  Is-soltu ma nattendix għal dan it-tip ta' każijiet, għax ma nispeċjalizzax f'dan il-qasam ta' liġi, iżda għal raġunijiet ovvji, huwa importanti li [...]

Arroganza tal-Mafjużi

By
2018-12-10T17:06:23+00:00Tue, 4th Dec '18, 15:01|

Il-mod kif ġabu ruħħom Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Chris Cardona il-bieraħ fil-Parlament kien wieħed li jqażżek. Laħqu l-qiegħ bid-disprezz li wrew lejn il-Parlament. Dawn huma nies li jippretendu li kulħadd għandu jinkinalhom minħabba l-kariga li jokkupaw. Dawn huma nies li jġiegħlu lil dawk li huma qaqoċċa magħhom biex jiddefenduhom u jattakkaw lil dawk li [...]

Ma jkunx aħjar jekk tal-mannara jigdem ftit ilsienu?

By
2018-12-04T15:07:51+00:00Tue, 4th Dec '18, 07:43|

F'dawn l-aħħar ġranet Godfrey u Marlene Farrugia sabu ruħħom kemmxejn iżolati fil-Parlament. It-tmexxija tal-PN tidher li qed tiffoka l-fissazzjonijiet tagħha fuqhom u qed titkellem dwarhom bħallikieku dawn kienu l-kaġun tat-telfa fl-elezzjoni. Fl-istess waqt, tal-Labour erħilhom juru d-disprezz fil-konfront tagħhom għax f'għajnejhom dawn huma tradituri. Il-koppja Farrugia wrew kuraġġ kbir meta ddisassoċjaw ruħħom mill-ħmieġ tal-gvern Laburista [...]

Uffiċjal tas-sigurtà tal-Prim Ministru ma’ Neville Gafà fi Tripli – rapporti

By
2018-12-04T15:10:07+00:00Mon, 3rd Dec '18, 16:52|

Waqt il-programm televiżiv ta' Ivan Grech Mintoff li matulu ssemmew dettalji dwar iż-żjara li għamel Neville Gafà fil-Libja, Grech Mintoff qal li Gafà kien akkumpanjat minn ċertu Kenneth Camilleri. Ivan Grech Mintoff igħid li l-kuntatti tiegħu fil-Libja qalulu dwar il-preżenza ta' Kenneth Camilleri u żiedu jgħidu wkoll li Camilleri ma riedx jikkonferma li huwa jagħmel [...]

16 ta’ Diċembru: Velja għall-Ġustizzja u l-Verita

By
2018-12-03T09:03:12+00:00Mon, 3rd Dec '18, 09:03|

Dejjem konna konvinti mill-ħiliet investigattivi ta' Daphne Caruana Galizia. 14 -il xahar mill-assassinju tagħha, aktar u aktar evidenza li tipprova li Daphne kellha raġun qegħda toħroġ.Iżda, 14 -il xahar wara, huwa evidenti li l-awtoritajiet ma jridux jaslu għall-mandanti tal-qtil tagħha. F'dawn l-aħħar 14 -il xahar, is-sit ta' protesta kien vandalizzat 193 darba. 14 -il xahar [...]

Sfruttament tad-dgħjufijiet

By
2018-12-04T15:08:48+00:00Mon, 3rd Dec '18, 08:16|

Fejn għandha x'taqsam ir-realtà politika, jidher li għadna kemm missejna mal-għatba ta' fażi ġdida. Is-saħħa elettorali tal-partiti politiċi baqgħet l-istess u l-Partit Laburista baqa' jgawdi l-maġġoranza li kellu. Madankollu l-akbar bidla li seħħet tinsab fil-fatt li, mal-medda taż-żmien, il-mexxejja tal-partiti politiċi qed jitilfu l-kontroll fuq id-destin tagħhom u l-iżbalji li jwettqu qed jikkawżalhom aktar u [...]

Il-perċimes li ħoloq l-għodda biex titgħatta l-korruzzjoni tal-gvern ta’ Muscat

By
2018-12-03T12:12:13+00:00Fri, 30th Nov '18, 10:55|

L-Awditur Ġenerali għamel sewwa meta tkixxef biex jara jekk Brian Tonna kienx inħatar bħala l-awditur tal-kumpannija li s-sidien tagħha huma l-konsorzju magħmul minn ta' Tumas, ta' Gasan u ta' Apap Bologna, fl-istess żmien li huwa kien membru fuq bord li kien rebbaħhom il-kuntratt tal-power station. Tal-GEM (il-kumpannija li s-sidien tagħha huma ta' Fenech, ta' Gasan [...]

#Reżistenza: Arrestaw lill-Korrotti

By
2018-11-29T07:03:47+00:00Thu, 29th Nov '18, 07:03|

Fuq Triq Reġjonali fl-Imsida dal-għodu: #Reżistenza għamlet din l-istqarrija ftit minuti ilu: Ir-rivelazzjonijiet xokkanti tar-Reuters u t-Times of Malta fid-9 ta’ Novembru 2018 u r-rapport ippubblikat ilbieraħ mill-Awditur Ġenerali jikkorroboraw dak li kienet kixfet il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia. Malta tinsab maħkuma minn epidemija ta’ korruzzjoni. Huwa evidenti li l-parti l-kbira ta’ l-stituzzjonijiet Maltin tradew [...]

Il-kont tiegħek tad-dawl u l-ilma qed jiġik bil-għoli minħabba n-negozju korrott li sar ma’ tal-Electrogas. Dan qed igħidu l-Awditur Ġenerali wkoll.

By
2018-11-29T07:10:48+00:00Wed, 28th Nov '18, 18:12|

Illum l-Awditur Ġenerali xandar ir-rapport tiegħu ta' 600 paġna dwar il-kuntratt tal-power station. Rapport li jsemmi n-nuqqasijiet kbar li nstabu li lkoll kemm huma jindikaw li kien hemm il-korruzzjoni. Waħda mis-sejbiet mill-aktar sinjifikanti tar-rapport hi li l-Enemalta kienet iddeċidiet li toħroġ il-kuntratt tal-power station bil-mod mgħaġġel li ħarġitu, ftit jiem biss wara li tal-Labour ħadu [...]

“Jien m’jienix ħalliel”

By
2018-11-29T07:08:04+00:00Mon, 26th Nov '18, 12:00|

Għalfejn qed isir dan l-għaġeb kollu li Kurt Farrugia għandu kopja tar-rapport dwar l-Egrant? Hu u jwieġeb fil-Qorti llum għall-mistoqsijiet ta’ Vince Galea tal-PN, Farrugia xehed li għandu kopja fl-uffiċċju tiegħu. Saħansitra qalilna biex ma noqgħodux ninkwitaw għax ir-rapport qed iżommu maqful. U wgħedna wkoll li ma weġibx għall- mistoqsijiet ta’ Keith Schembri – l-imgħallem [...]

Ipokresija trasparenti

By
2018-11-29T07:09:31+00:00Mon, 26th Nov '18, 10:33|

Illum irbaħt kawża ta' libell. Din kienet l-ewwel sentenza li ngħatat mill-qorti fost kawżi oħra li jien ninsab imdaħħal fihom b'rabta ma' dan il-blog. Jean Claude Micallef kien ħarrikni. Dan ħaseb li, għax jien kont ktibt li hu ipokrita, għamilt ħsara lir-reputazzjoni tiegħu. Kien qal sewwa min lissen il-kliem: jekk mhix gidba, sinjal li vera. [...]

Neville Gafà hekk jagħmel meta jmur għal vaganza

By
2018-11-26T17:25:24+00:00Mon, 26th Nov '18, 09:10|

Ejjew għal mument ninsew li Neville Gafà kien ġie akkużat minn diversi xhieda li xxaħħam fl-għoti tal-viżi mediċi lil ċittadini mil-Libja. Ejjew għal mument ninsew li x-xhieda li jistgħu jwasslu biex jeħel għall-allegati reati kriminali mhux qed jitħallew jersqu lejn Malta. Ejjew għal mument ninsew li għal darb'oħra min huwa taħt suspett tħalla jiżloq minn [...]

Sfiduċja

By
2018-11-26T17:24:39+00:00Fri, 23rd Nov '18, 12:21|

Il-mozzjoni ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi li ppreżenta l-Partit Demokratiku hi importanti u kienet meħtieġa. Jekk il-Parlament ma jikkonfrontax lill-gvern, min huwa lest li jagħmel dan? B'riżq l-istabilità l-gvernijiet jkunu jeħtieġu l-appoġġ ta' maġġoranza Parlamentari. Dan huwa ġust u hekk għandu jkun. Iżda l-gvern għandu dejjem ikun kontabbli lejn il-minoranzi Parlamentari. U l-Parlament m'huwiex kompost biss [...]

Meta jordnaw lil wieħed minna biex jiskot, għandna nqumu għalenija biex nirrepetu dak li jkun intqal

By
2018-11-22T16:28:30+00:00Thu, 22nd Nov '18, 12:52|

Qed jitħajjru jikkupjaw dak li issa sar moda fis-Sala Stampa tal-White House. Jekk il-President jew xi kelliem minn tiegħu jevitaw li jwieġbu mistoqsija ta' ġurnalist, jerġa' jistaqsi l-istess mistoqsija l-ġurnalist li jkun imissu hu biex jistaqsi. Dan huwa l-uniku mod kif l-istampa tista' tibqa' ħielsa mill-kontroll politiku. L-iSpeaker tal-Parlament tagħna lil The Shift News ordnalha [...]

GUEST POST: Konna Nazzjonalisti

By
2018-11-22T16:29:14+00:00Thu, 22nd Nov '18, 12:05|

Guest Post miktub minn persuna magħrufa minni li sejjaħ lilu nnifsu 'Lake'. Ġieli nitħasseb dwar fiex jinsab il-Partit Nazzjonalista. Niftakar żmien mhux tant 'il bogħod meta kont insegwi lil Eddie Fenech Adami. Kellii 15 il-sena meta kien reġa' kiseb maġġoranza parlamentari u mandat biex jerġa' jagħti l-ħajja lin-negozjati biex Malta ssir membru tal-UE. Lil Eddie [...]

Repubblika: Dan hu abbuż ta’ poter

By
2018-11-21T10:27:53+00:00Wed, 21st Nov '18, 11:10|

Din hi stqarrija ta' Repubblika li saret illum: Repubblika tesprimi r-rabja tagħha għall-istqarrija li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat il-bieraħ biex jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jibqa’ jżomm fil-kariga lill-kap tal-uffiċju tiegħu Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi. Qabel l-elezzjoni li għaddiet Joseph Muscat kien ilu aktar minn sena jiġġustifika lilu nnifsu li żamm lil dawn [...]