It-torri qed jiġġarraf

By
2020-02-06T21:04:19+01:00Thu, 6th Feb '20, 14:12|

F'Novembru li għadda t-tmexxija tal-Partit Laburista kellha problema f'ħoġorha. Il-mexxej tal-partit kien popolari ħafna mal-partitarji tagħhom tant li min fis-sondaġġi kien jistqarr li kien ivvota Labour, kien jistqarr ukoll li jafda lil Joseph Muscat. Iżda minħabba l-fatt li Muscat kien ġie implikat f'cover-up dwar qtil li għal sentejn sħaħ ħakem l-aġenda tal-gvern, kien jeħtieġ li [...]

Il-pulizija qed jinvestigaw lil Adrian Delia u mhux lil Robert Abela

By
2020-02-05T21:00:04+01:00Wed, 5th Feb '20, 16:07|

Fil-Qorti llum is-Supretendent Ray Aquilina kkonferma li Adrian Delia qed jiġi investigat kriminalment fuq akkużi ta' ħasil ta' flus maħmuġin. Dan il-każ kienet kitbet dwaru Daphne Caruana Galizia. Din kienet kixfet li meta Adrian Delia kien għadu jaħdem bħala avukat, huwa kien fetaħ f'ismu u ħaddem kont bankarju barrani li fih ta' sikwit kien jiddeposita [...]

Min se jmexxi bil-qorti kontra Keith Schembri?

By
2020-02-05T20:27:05+01:00Wed, 5th Feb '20, 16:06|

Titkexkex int u tisma' l-ilħna ta' dawk li kienu kkonġuraw biex joqtlu mara kiesaħ u biered għaliex ma kellhomx grazzja ma' dak li kienet tikteb. Fix-xhieda li ta llum Melvyn Theuma, huwa tkellem dwar il-fatt li Joseph Muscat u Keith Schembri kienu irritati b'Daphne Caruana Galizia. Fir-recordings li ssemmgħu lill-qorti, jinstema' leħen Yorgen Fenech jitkellem [...]

Il-kwistjoni ewlenija tibqa’ dik dwar Cardona, Mizzi, Schembri u Muscat

By
2020-02-03T22:05:29+01:00Mon, 3rd Feb '20, 07:59|

Robert Abela ser jixħet il-baħar lil Jimmy Magro u lil Kristy Debono u dan sabiex inkunu nistgħu nsegwu spettaklu u fl-istess ħin il-klikka ta' Joseph Muscat tingħata ċ-ċans biex tiżgiċċa. Il-gvern qed iġib 'il quddiem kwistjonijiet li, taħt il-gvern immexxi minn Joseph Muscat, kienu tħallew imdendlin u dan biex ikun jista' jingħoġob ma' dawk li [...]

Stat b’partit wieħed

By
2020-02-02T16:33:37+01:00Sun, 2nd Feb '20, 10:51|

Fil-konferenza stampa li għamel il-bieraħ, Adrian Delia għamel kritika valida ħafna fil-konfront tal-iskużi li qed iġib il-gvern dwar l-iskandlu tal-isptarijiet. L-istampa xandret rapporti estensivi dwar dak li qal u l-informazzjoni li ħarġet kienet waħda pertinenti u ta' ħsara għall-gvern. Is-suġġett tal-konferenza stampa kien mill-aktar rilevanti. U minkejja dan kollu, dalgħodu ħadd m'hu qed jitkellem dwar [...]

L-editorjal tas-Sunday Times of Malta jsejjaħ għat-twarrib ta’ Owen Bonnici

By
2020-02-02T17:12:24+01:00Sun, 2nd Feb '20, 09:35|

L-editorjal tas-Sunday Times of Malta jgħid li għadu ma jistax isib tarf tal-messaġġi mħallta li qed jibgħat Robert Abela dwar il-governanza tajba. Din il-frustrazzjoni tkellem dwarha llum wara li Abela stqarr li 'ma jara ebda raġuni il-għala' għandu jkeċċi lil Owen Bonnici wara li l-qorti kkundannat lill-ministru talli kiser id-drittijiet fundamentali ta' dawk li qed [...]

Owen Bonnici kif għadu ma xebgħax jigdeb?

By
2020-01-31T23:59:08+01:00Fri, 31st Jan '20, 13:29|

Xandart din l-istqarrija wara li segwejt il-kummenti li ta Owen Bonnici lill-ġurnalisti. Dan il-link iwassalkom għar-rapport tat-Times of Malta. Illum Owen Bonnici kellem lill-ġurnalisti u qalilhom li l-imġieba tiegħu "kienet waħda li hi skont il-liġi" fejn għandu x'jaqsam is-sit tal-protesta quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta. Hu qal dan fil-kuntest tal-fatt li l-Qorti rrakkomandat li dawk [...]

Strument ta’ firda

By
2020-01-30T15:02:13+01:00Thu, 30th Jan '20, 12:51|

Illum il-Qorti Kostituzzjonali xliet lil Owen Bonnici bl-użu tal-mafkar tal-Assedju l-Kbir bħala "strument ta' firda". Din ix-xilja għandha tifsira kbira u jeħtieġ li nitkellmu dwarha. Meta kien qed jippreżenta d-difiża tiegħu, Owen Bonnici qal li l-mafkar kien jeħtieġ ir-restawr u t-tindif kuljum sforz l-allegata ħsara li kienet qed issirlu minħabba l-protesti tagħna. Il-Qorti qalet li [...]

Owen Bonnici għandu jwarrab

By
2020-01-30T14:03:42+01:00Thu, 30th Jan '20, 12:32|

  Il-Qorti mhux biss iddikjarat li fil-15 ta' Settembru 2018, Owen Bonnici kien kiser id-drittijiet fundamentali tiegħi. Huwa nstab ukoll ħati talli kiser id-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-kelma ta' wlied, ħut u l-ġenituri ta' Daphne u ta' dawk li pprotestaw fi gruppi jew bħala individwi kull darba li dawn kienu jidħlu l-Belt Valletta biex iqiegħdu fjuri, [...]

M’hemmx lok, qalilna

By
2020-01-29T17:40:08+01:00Wed, 29th Jan '20, 15:02|

M'huwiex xogħol il-prim ministru ta' gvern demokratiku li jgħidilna protesta hemmx lokha jew le. Din hi l-kwistjoni ewlenija ta' battalja importanti li f'dan il-pajjiż ilha tiġi miġġielda għal xi żmien twil u li għadha għaddejja sal-lum. Din hi battalja f'gwerra favur il-libertà tal-kelma. Jidher li għadna ma fhimniex sewwa fuq liema sisien tistrieħ il-ħajja demokratika. [...]

Il-kuntratt ta’ Konrad Mizzi ħassruh? U issa?

By
2020-01-28T21:22:22+01:00Tue, 28th Jan '20, 18:13|

Julia Farrugia Portelli ħarġet stqarrija biex tgħid li ordnat lill-awtorità tat-turiżmu (li taqa' taħtha) biex tħassar il-kuntratt ta' konsulenza bla sens li din kienet iffirmat mal-ministru skreditat ta' qabilha Konrad Mizzi, li kien irriżenja mill-kariga tiegħu. Każ magħluq? Kollox ward u żahar issa? Din l-istorja tfakkarni f'dak il-ħalliel li jidħol f'ħanut li jbiegħ il-ħaġar prezzjuż [...]

Gabirjoli li ma jimpressjonaw lil ħadd

By
2020-01-28T10:44:13+01:00Tue, 28th Jan '20, 07:59|

Dalgħodu Robert Abela qed jittama li l-gabirjoli li għamel dwar il-promozzjoni li ngħatat lil Konrad Mizzi, dwar iż-żieda fenominali fis-salarju li ngħata u dwar il-ħatra diplomatika prestiġjuża li tah se jservu biex itaffu r-rabja li nħolqot il-bieraħ. Se jmut bil-piena. L-istqarrija li ħareġ fis-siegħat bikrin ta' dalgħodu li fiha qal li, tant jinsab impenjat favur [...]

OK Robert. Qed tgħattilhom xturhom. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Jannar fis-6pm nerġgħu ninġabru quddiem il-Parlament.

By
2020-01-27T22:57:54+01:00Mon, 27th Jan '20, 22:08|

Wara li t-Times of Malta xandret storja dwar il-ħatra ta' Konrad Mizzi bħala l-kap tad-delegazzjoni Maltija għall-OSCE, l-istess ġurnal xandar storja oħra sensazzjonali. Wara li f'Novembru li għadda kien irriżenja taħt dell skreditat mill-Ministeru tat-Turiżmu, ftit inqas minn ħmistax wara inħatar bħala konsulent mill-istess aġenzija tal-gvern li kienet taqa' taħtu bħala konsulent b'salarju akbar minn [...]

Qed tilgħab man-nar, Robert

By
2020-01-27T20:24:05+01:00Mon, 27th Jan '20, 19:20|

Il-fatt li Konrad Mizzi se jmexxi delegazzjoni parlamentari fl-OSCE biex jitkellem dwar il-libertà tal-istampa u dwar id-drittijiet tal-bniedem mhix ħaġa tad-daħk. Robert Abela mingħalih li għamel xi bravura. Mingħalih li għamel biżżejjed biex itaffi l-garr u biex "inaddaf" sabiex b'hekk ikompli l-mixja fit-triq tal-impunità li kien qabad dak ta' qablu. Ħatra għal Konrad Mizzi m'hix [...]

Warrab. Imma ma kellux għalxiex iwarrab ta!

By
2020-01-27T14:57:55+01:00Mon, 27th Jan '20, 13:30|

Anthony Degiovanni m'huwiex mill-ħelwin. Tat-Times of Malta sejjħulu “Laburist akkanit”. Iżda apparti li huwa akkanit, huwa wkoll bniedem ardit, antipatiku, tossiku, jippretendiha, minfuħ bih innifsu, monolitiku, repetittiv, bombastiku u rrilevanti. Degiovanni jinqala' wkoll għat-trolling professjonali. Ikun dejjem minn ta' quddiem fil-kitba ta' kummenti fuq l-internet. Ma tantx jikkontribwixxi wisq għad-diskussjoni għax għall-espożizzjonijiet tal-fatti ma jinqalax [...]

Sandro lest li jidħlilha?

By
2020-01-27T11:30:57+01:00Mon, 27th Jan '20, 09:45|

  Il-kummenti li għadda Sandro Chetcuti tal-għaqda tal-iżviluppaturi xi ġranet ilu m'għandhomx jibqgħu bla tweġiba. Waqt żjara li għamel Robert Abela, dan tkellem formalment dwar l-appoġġ li l-għaqda tiegħu qed tagħti lill-kampanja li tas-soċjetà ċivili qed jagħmlu biex ma jiġix permess il-finanzjament privat tal-partiti politiċi. Tas-soċjetà ċivili isibu ruħħom kważi dejjem f'konfront mal-iżviluppaturi f'kull dibattitu [...]

Go to Top