F’każ li ma segwejtuħx, hawn hu d-dokumentarju li xxandar il-bieraħ fuq Rai Uno
https://youtu.be/JJlXBLAW6_8
https://youtu.be/JJlXBLAW6_8
Il-Parlament Ewropew għada mistenni li jagħmel dibattitu ieħor dwar Malta f'sessjoni plenarja u dan wara li xxandret stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni f'Malta. Id-dibattitu ser isir għada filgħodu u jintemm b'teħid ta' vot fuq riżoluzzjoni li għadha qed tiġi diskussa mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew . Il-kliem tar-riżoluzzjoni mistenni li jiġi diskuss il-lejla fil-kumitat dwar il-libertajiet [...]
Jidher li m'hemmx tmiem għal din l-istorja. Joseph Muscat għadu jinsisti li qed imexxi l-pajjiż bħala caretaker minn jum għal jum u li qed jaqgħod lura milli jieħu deċiżjonijiet importanti. Min jaf x'ried ifisser b'dan? Jaqaw qiegħed jissorvelja l-makna li ssaħħan il-bini li tinsab fil-kantina ta' Kastilja? Jew forsi qed jibdel il-washers tal-flushing tal-lokijiet ta' [...]
Forsi għadu kmieni wisq biex wieħed joqgħod jispekula dwar x'ser ikun l-impatt sħiħ tas-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell illum li permezz tagħha l-Avukat Ġenerali ġie ordnat jgħaddi kopja sħiħa tar-rapport tal-inkjesta Egrant lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. S'issa Adrian Delia għadu ma ngħatax kopja tar-rapport. Inkredibilment, l-Avukat Ġenerali qed jipprova jisloħ jumejn oħra li qed jgħid [...]
Agħtu daqqa t'għajn lejn il-mod kif Neville Gafà qabeż qabża fuq Evarist Bartolo talli dan m'huwiex jixgħel ix-xemgħat u jfaħħar lill-mafia state ta' Joseph Muscat. Ara ma jkunx hawn min imur jiġri bl-idea li qed nieħu xi pjaċir nara żewġ Laburisti jitlewmu fil-beraħ. Il-litanija dwar l-"għaqda" u l-"firda" fil-partiti politiċi lili ma tappellali xejn. Għalija [...]
Bosta minn ħbiebi u jien bħalissa qed nirċievu biżibilju ta' messaġġi b'theddid, uħud minnhom privatament u oħrajn b'mod pubbliku. B'guffaġni liema bħalha, qed iħeġġuna biex naqtgħu l-vini tal-polz tagħna. Dak li jinkiteb fil-Facebook forsi jkollok il-ħila li tħallih għaddej. Iżda jkun mod ieħor meta tiġi mgħajjar fit-toroq fid-dawl tax-xemx. Meta jseħħu dawn l-affarijiert, ikun diffiċli [...]
Joseph Muscat ma jridniex noqgħodu nitħassbu li Keith Schembri tħalla jgħaddi informazzjoni sigrieta lil min huwa suspettat bi qtil u baqa' jgħaddiha lixxa. Ma jridniex noqgħodu nistaqsu l-għala lil Konrad Mizzi, li għadu kif ġie mġiegħel iwarrab minħabba l-iskandlu Panama/17 Black, il-Pulizija għadha ma bgħatitx għalih. Ma jridniex insiru nafu x'inhi l-konklużjoni li ġibdet il-Pulizija [...]
Il-President George Vella llum għamel diskors li spikka. Diskorsu ma kienx fih kliem li ta' spiss jinsistu li jlissnu ministri tal-gvern tiegħu dwar kemm għandna nitħassruhom talli sfaw vittmi ta' tradiment u dwar kemm jisgħobbihom li Daphne kienet inqatlet minkejja l-fatt li kienet tikkritikahom bl-aħrax, li qaddisa ma kienitx u, tafu intom, li kienet qed [...]
This set is by Jon Borg.
Il-lejl li għadda, attivisti u voluntiera tqassmu bejniethom biex jagħmlu l-għassa mas-sit tal-protesta li jsejjaħ biex issir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia u dan sabiex ma jintmess xejn mill-mafkar sal-għada filgħodu Jum ir-Repubblika. Din l-azzjoni silenzjuża ta' sfida kompliet issaħħaħ l-impenn tas-soċjetà ċivili li ma jċedux qabel tfeġġ il-verità kollha u ssir ġustizzja. Hekk kif [...]
Mhux soltu li nissuġġerixxi li toqgħodu taraw qabda kapijiet tal-gvern jippużaw għar-ritratt. Iżda dan li ġej ta' min isegwih. Segwuh b'attenzjoni sal-aħħar u taraw kif kull kap ta' gvern fl-Ewropa għamel l-almu tiegħu biex jagħmel tabirruħu li Joseph Muscat ma jeżistix. Tintebaħ li tassew għandna għalxiex nirringrazzjawħ li, minħabba l-imġieba tiegħu, llum il-bqija tal-Ewropa kellha [...]
Kienet Daphne Caruana Galizia li ġiet assassinata permezz ta' karrozza-bomba u kienu l-membri tal-familja tagħha li tilfu omm, bint, oħt u mara. Iżda l-gvern moħħu biex jilgħabha tal-vittma ta' dan id-delitt faħxi. M'huwa ħadd ħlief Keith Schembri li qed jiġi mixli fil-qorti minn xhud li ngħata l-proklama mill-gvern stess, li kien “għen” lil Yorgen Fenech, [...]
Hemm bosta affarijiet li jkun jeħtieġ li nissaportuhom waqt li nkunu fuq quddiem ta' kampanja favur il-ġustizzja. Hafna drabi nsib min jisfidani biex niġġustifika lili nnifsi u biex niġġustifika dak li ngħid u il-għala ngħidu. U ta' sikwit jiġri ikun hemm reazzjonijiet għalkemm dawn iservu biss ta' aljenazzjoni. Araw, per eżempju, kif Jeffrey Pullicino Orlando [...]
Hu u jixhed fil-qorti llum l-Ispettur Keith Arnaud qal li darba minnhom Melvin Theuma telgħalu u semma' lil Keith Schembri. “Din kienet l-unika okkażjoni li fiha ssemma' isem Keith Schembri,” qal l-Ispettur. U meta kien qed jixhed huwa stess, Melvin Theuma qal li "taħt ġurament ma jistax jistqarr li Keith qatt għaddieli xi flus jew [...]
Ma tantx fiha x'tifhem. Agħtu daqqa t'għajn lejn dan l-iscreenshot tal-kitba ta' Neville Gafà li wieġeb għal dak li kiteb Simon Busuttil fis-sens li ċ-ċerimonji formali ta' Jum ir-Repubblika se jservu ta' paraventu biex titgħatta l-kriżi kostituzzjonali li għandna fil-pajjiż bħalissa. Neville Gafà moħħu biss biex jibqa' jgawdi. Għalih ma nbidel xejn. Għadu sal-lum ġej [...]
Huwa ta' sodisfazzjon li l-gvernijiet tal-Ġermanja u tal-Olanda bi ħsiebhom jibgħatu rappreżentanti biex isegwu l-inkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. X'aktarx li ser ikun hemm pajjiżi oħrajn li jagħmlu l-istess. Dan seħħ wara li NGO's internazzjonali dwar il-kelma ħielsa minn madwar id-dinja ffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq Malta u baqgħu jiffokaw fuqha wara dak [...]
Dak li kiteb l-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba fil-Facebook m'hu xejn ħlief sensiela ta' gideb. Il-fehma li Joseph Muscat għandu jwarrab minnufiħ m'hix xi waħda estremisti iżda hi waħda msejsa fuq il-fatt li l-uffiċju tiegħu u l-ħaddiema ta' taħtu jinsabu mplikati f'investigazzjoni dwar qtil. Id-diżubbidjenza ċivili hi l-opposta tal-anarkija. Hi żieda fl-intensità tal-protesti qed issir għad-difiża [...]
Il-fatt li qed niġu attakkati kontinwament talli qed nażżardaw li nipprotestaw, aħna u nsejħu għar-riżenja tal-prim ministru u biex issir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia, jindika li dan ir-reġim paranojku m'hu xejn ħlief wieħed anti-demokratiku u ntolleranti. F'dan l-istadju, ftit huma dawk li huma lesti jistqarru li dak li qed nitolbu m'huwiex ġustifikat. Aħna pprotestajna [...]
Is-sitwazzjoni hi waħda mwiegħra. Il-gvern għadu qed iġib ruħu bħallikieku kollox miexi ħarir u din l-imġieba qiegħda tħasseb saħansitra lil dawk li minn dejjem taw l-appoġġ tagħhom lil Joseph Muscat. Dalgħodu semmejt lill-eks membru parlamentari Ewropew tal-Labour Marlene Mizzi u lill-eks President Marie Louise Coleiro Preca. Dak li stqarrew huwa ta' sinjifikat kbir għaliex dawn [...]