Oġġett għandu dejjem jissejjaħ b’ismu
Adrian Delia illum mar il-Qorti u talab it-tħassir tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Strettament qed jitlob it-tħassir tal-konċessjoni ta' art pubblika. Bil-liġi, kull membru parlamentari jista' jirrikorri għall-Qorti biex jingħata rimedju jekk l-art pubblika konċessa jirriżulta li m'hix tintuża skond il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni kif mfassla mill-Parlament. Tajjeb. L-oppożizzjoni qiegħda tagħmel dak li messu għamel il-gvern minn jeddu: jiġifieri malli ntebaħ li, fl-isfond tal-falliment finanzjarju tal-Vitals, [...]