Segwu dan id-diskors ta’ Jason Azzopardi. Jitkellem dwar il-Pilatus Bank u dwar Henley & Partners li jsejjħilhom bħala tnejn mis-swaba tal-istess id moħbija. It-tielet saba’ ta’ din l-id moħbija huwa dak ta’ Joseph Muscat li, skont il-Malta Today, baqa’ jinsisti li qatt ma kellu ħjiel dwar il-kawża SLAPP li tal-Pilatus Bank kienu għamlu kontra Daphne Caruana Galizia f’Arizona.

Hawn qed nuża l-ingwanti miegħu. Muscat jinsisti li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma kellux ħjiel. Li ma jfissirx neċessarjament li HU ma kellu ebda ħjiel.

Kif isostni Jason Azzopardi hawnhekk, Joseph Muscat kien uża l-indirizz elettroniku @josephmuscat.com meta kien ikkonfoffa ma’ Henley & Partners biex tinbeda’ kawża SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia u kontra Jason Azzopardi. Għalkemm hawn Muscat ma kienx daħħal lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-kredu, dan ma kienx biżżejjed biex iżomm lill-ispiji formidabbli li kellha Daphne Caruana Galizia madwar id-dinja milli jsiru jafu b’din il-konfoffa.

U allura sirna nafu li Joseph Muscat kien jaf minn qabel bil-kumplott SLAPP ta’ Henley & Partners mhux bis-saħħa ta’ xi komunikazzjoni uffiċjali li ħarġet minn naħa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Sina nafu bis-saħħa tal-ħila investigattiva ta’ ġurnalista li – kif seħaq Jason Azzopardi – kienu qed jagħmlu minn kollox jeqirdu finanzjarjament.

Ma rnexxilhomx jeqirduha finanzjarjament. Kien jeħtieġ li jeqirduha b’mezzi oħra biex isikktuha.

Iżda b’xorti tajba kienet leħqet kixfet ir-rabtiet soċjali li jeżistu bejn Henley & Partners u l-Pilatus Bank fl-ogħla livelli tagħhom.

Il-Prim Ministru qed jiċħad li kien hu li awtorizza lil tal-Pilatus Bank biex jagħmlu kawża SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia.

Ejjew naraw x’inhuma l-fatti:

  1. Joseph Muscat kien personalment awtorizza lil Henley & Partners biex imexxu b’kawża SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia.
  2. Joseph Muscat kien jaf b’mill-inqas tliet każi ta’ theddidiet b’kawżi SLAPP kontra ġurnali Maltin.
  3. Joseph Muscat kien jaf b’theddida b’kawża SLAPP li kienet saret minn Henley & Partners lil The Shift News, liema theddida, iżda, ġiet injorata minn dawn tal-aħħar.
  4. Joseph Muscat jaf li Jason Azzopardi ippreżenta fil-Parlament abbozz ta’ liġi li jipprovdi kontra l-kawżi SLAPP.
  5. Joseph Muscat jaf li saru rakkomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali tax-xandir, minn għaqdiet volontarji u minn diversi ġurnali indipendenti kontra l-kawżi SLAPP.
  6. Joseph Muscat jaf b’pariri legali li sarulu minn avukati esperti fit-teknoloġija tal-informazzjoni biex jilleġiżla kontra l-kawżi SLAPP.
  7. Fuq danJoseph Muscat waqa’ s-skiet.

Bejn il-kliem ta’ Joseph Muscat u l-aġir tiegħu hemm il-baħar jikkumbatti.

Kull jum li jgħaddi li fiħ Joseph Muscat jonqos li jħares il-libertajiet tax-xandara u tal-ġurnalisti mit-theddida tal-kawżi SLAPP u jħalli lil din it-theddida mdendla fuq l-irjus, ikun qed jikkonferma li diġà jaf b’kawżi SLAPP li għad iridu jsiru kontrina. Jeħtieġ li tifhem li int mhux talli ġejt imċaħħad mill-ħiliet ġurnalistiċi ta’ Daphne Caruana Galizia, mir-riżorsi kbar li kienet akkumulat b’reqqa matul snin twal ta’ ġurnaliżmu kredibbli u mill-kuraġġ formidabbli tagħha. Id-dritt tiegħek li tkun taf jinsab imkażbar mill-kompliċità, attiva jew passiva, tal-prim minstru tiegħek fil-konfront tat-theddid tal-kawżi SLAPP li jġorru magħhom konsegwenzi f’danni ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ dollari.

Dan forsi mhux se jbeżża’ xi nofs miġnun bħali. Iżda hija ħaġa magħrufa li kien hemm okkażjonijiet fl-imgħoddi fejn dawn il-kawżi kienu l-kaġun li xi ġurnali li bidlu verżjonijiet ta’ stejjer imxandra. M’aħna ser inkunu nafu qatt jekk għandhomx f’idejhom aktar informazzjoni jew jekk iċċensurawx dak li diġà jafu sabiex jevitaw li jidħlu f’aktar basal bħal dawn.

M’aħna ser inkunu nafu qatt kemm hemm xhieda li jafu b’aġir illegali, kemm hemm whistleblowers u kemm hemm sorsi kunfidenzjali li ddeċidew li jżommu s-skiet minħabba l-biża’ li l-ġurnalisti ma’ min ikunu tkellmu b’kunfidenza jiddeċiedu li ma jxandrux l-informazzjoni li tkun ġiet mgħoddija lilhom minkejja r-riskji kollha li jkunu ħadu biex setgħu wassluhielhom.

Il-libertà ġurnalistika m’hix xi privileġġ speċjali ppremjat lill-ġurnalisti. Din il-libertà tfisser id-dritt tiegħek li tkun taf dwar minn qed imexxik u dwar kif flusek qed jintefqu f’ismek. Jekk il-ġurnalisti jibdew jibżgħu ixandru l-verità, din il-verità m’aħna ser insiru nafuha qatt.

Din is-sitwazzjoni m’għandna naċċettawha qatt.