Konrad Mizzi hu aktar intelliġenti minni f’ħafna aspetti. Żgur li hu aktar kapaċi minni biex iżomm ruħu fit. F’dan ir-ritratt jidher nieżel max-Xatt ta’ San Ġiljan ma’ ħabib tal-qalb tiegħu li miegħu jmur jimxi regolarment.
M’iniex f’pożizzjoni li nagħmel test tad-DNA biex inkun naf b’ċertezza min hu s-sieħeb ta’ Konrad Mizzi imma milli qed nara, dak li l-Ministru qed imur jimxi miegħu hu Darren Casha, li milli jidher ġie lura mill-btala li kien għaddej biha barra minn Malta biex jaħrab lill-kredituri.
Aqra aktar dwar Darren Casha f’dan il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia li jagħti ftit sfond dwaru.
Forsi l-Ministru Konrad Mizzi jista’ jikkjarifika min hu dan is-sieħeb ġdid tiegħu u jekk dan sieħbu verament hu dak li naħsbu li hu, allura jgħidilna karattru dubjuż ta’ din il-kwalità x’pariri jista’ jagħtih. Jew forsi l-affari hi bil-kontra u huwa s-sieħeb ta’ Mizzi li qed ifittex il-pariri mingħand il-Ministru dwar kif tista’ tgħaddiha lixxa jekk…prattikament, tagħmel x’tagħmel?