Ftit tal-jiem ilu kont qed naħdem ma’ ġurnalista ta’ kontra l-mafja li nzerta kien qiegħed Malta biex jinvestiga ċerti attivitajiet suspettużi li jirrigwardaw kriminali minn pajjiżu. Wara li rajt ir-rapport tiegħu b’ċerta impertinenza fakkartu li xi wħud mill-allegazzjonijiet tiegħu ġew miċħuda min-nies suspettati avolja l-evidenza kontrihom hija lampanti. Għaliex hu ma kienx qiegħed ifakkar li huma kienu qegħdin jiċħdu dak li bih kienu qed jiġu akkużati?

Għaliex iċ-ċaħda għandha titqies bħala ħaġa normali. Fakkarni li Toto’ Riina niżel f’qabru jiċħad li kien għamel xi ħaġa ħażina. Fi storja dejjem ikun hemm  ħafna aspetti u wieħed għandu jżomm għajnejh miftuħa. Imma wieħed m’għandux ikun inġenwu. Li wieħed ikun oġġettiv u attent biex jevita l-preġudizzju jżommok biss sa ċertu punt fit-triq tas-sewwa, li lil hinn minnu, meta tibqa’ newtrali bejn it-tajjeb u l-ħażin, inti tispiċċa kompliċi mal-ħażin.

Iċ-ċaħda hija l-aħħar għodda tal-ħati. Mal-iċken ammissjoni ta’ ħtija is-sisien tar-reżistenza jiġġarrfu.

“L-akbar gidba fl-istorja politka Maltija” hija logħba bil-kliem ivvintata minn Joseph Muscat,  minfuħa minnu stess biex jikkumbatti l-gravità tal-akkuża li kontriha qiegħed jiddefendi ruħu.  Joseph Muscat qed jiġi akkużat minn xi wħud li huwa l-aktar Prim Ministru korrott fl-istorja politka Maltija

L-entità ta’ dik l-akkuża hija kbira ħafna. Hija wkoll waħda li ħafna huma tal-fehma li hija bbażata fuq il-fatti, li xi wħud minnhom jistgħu jiġu vverifikati, xi wħud minnhom għadhom mhumiex ivverifikati u jistgħu jiġu biss ikkonfermati b’investigazzjoni xierqa u awtorevoli. U xi minn daqqiet qed jiġu kkonfermati b’kumbinazzjoni.

Il-ġimgħa li għaddiet John Dalli għadu kemm paxxiena bil-benefiċċju tal-memorja batuta li għandu billi kkonferma dettall li seta’ deher bla siwi f’dak kollu li Daphne Caruana Galizia kienet irrapportat dwar il-Bank Pilatus. Kienet qalet li John Dalli kellu kont fil-Bank Pilatus  imma li ftit kien għamel użu minnu. Dwar il-kwestjoni jekk John Dalli kellux kont fil-Bank Pilatus kien hemm inkjesta li John Dalli kien insieha peress li, għallinqas f’dan il-każ, ftit kellu x’jaħbi.

Din il-ġimgħa infexx b’ħafna storbju bħas-soltu jħambaq, b’delikatezza kbira, kontra dawk li hu jsejjaħ ‘il-pinen velenużi’ billi qal li l-kont tiegħu fil-Bank Pilatus  aktarx iva milli le kien ikun inattiv. Kien għadu ma ntebaħx f’dak il-waqt li kien qiegħed jikkonferma mhux biss dak li Daphne Caruana Galizia kienet qed tgħid dwaru imma anke, u hawn irid wieħed jammetti, kemm kienet kbira l-firxa tas-sorsi u l-informazzjoni li Daphne Caruana Galizia kellha fil-Bank Pilatus.

Fir-rappurtaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia dwar il-Bank Pilatus għandna fatt li m’għadux aktar ikkontestat jew miftuħ għall-kontestazzjoni. Għandna fatt li jagħmel ħoss li jtarrax. Dik li suppost kienet l-akbar gidba fl-istorja politika ġiet għal darba oħra kkonfermata  li hija ftit  iżjed veritjera.

Imbagħad kellna aċċident ieħor li Jacob Borg silet mill-kawża li l-Bank Pilatus għamel kontra  Daphne Caruana Galizia. Waqt li akkużaha ‘b’misapproprijazzjoni u pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali tal-Pilatus’ il-Bank Pilatus għadu kif ikkonferma li l-informazzjoni li hi ppubblikat ma kinitx, kif intqal ripetutament, ivvintata.  Għall-kuntrarju din kienet qawwija u veritjiera għar-raġuni li ma tistax tisraq u tippubblika xi ħaġa li ma tkun diġa teżisti.

32. Il-konvenuta b’intenzjoni ndaħlet f’dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi billi ppubblikat kwantità ta’ dikjarazzjonijiet foloz u malafamanti dwar il-Bank Pilatus u s-Sur Sadr, li kkawżaw konfużjoni u qtugħ f’dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi.

33. B’żieda ma’ dan il-konvenuta b’intenzjoni serqet u ppubblikat informazzjoni kunfidenzjali tal-Bank Pilatus, li tinkludi l-ismijiet tal-klijenti, li l-Bank kien marbut li jżomm kunfidenzjali

34. L-indħil tal-kwerelanta kien mhux xieraq u intenzjonat biex jagħmel ħsara lir-relazzjonijiet tal Bank Pilatus.

35. Lil-Bank Pilatus u lis-Sur Sadr saritilhom il-ħsara bil-konfużjoni u l-qtugħ fir-relazzjonijiet u l-aspettativi, kif ukoll bis-serq u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Jacob Borg@BorgJake

Il-Bank Pilatus jammetti li mill-kawża SLAPP dik il-ġurnalista assassinata akkwistat aċċess għal-lista tal-klijenti tiegħu. Fost il-klijenti ta’ Pilatus kien hemm membri tal-familja tal-President tal-Azerbaijan  kif ukoll tal-Ministru ta’ Sitwazzjonijiet ta’ Emerġenza tal-Azerbaijan, li r-rappreżentant tiegħu fetaħ kumpanniji f’Malta permezz ta’ Nerxia BT.

L-akbar gidba fl-istorja politika saret aktar veritjera.

Jekk inkjesta ġurnalistika tkun stenniet biss li min ikun taħt suspett jaqbiżlu fatt li ma jkunx irid jammetti, dan ma tantx iwassal il-bogħod, għalkemm fil-każ ta’ dawn iż-żewġ inċidenti ta’ din il-ġimgħa dawn akatrx li wasslu ħafna l-bogħod.

L-istorja tal-appartament ta’ New York li ġiet ippubblikata f’dan il-blogg hija saff ieħor ta’ kredibbiltà li ġie mgħobbi fuq din l-istorja. Minn tkellem dwar ħlasijiet kbar ħafna li ntbagħtu lil “ċerta mara jisimha Buttigieg li għandha ġojjellerija bl-isem ta’ Buttardi fi New York’ jista’ jiġi akkużat  li forsi kien jaf li Buttardi huwa wkoll propjetà ta’ Michelle Muscat u li akkuża  bħal din tista’ tgħin biex tagħti kredibbiltà lil gidba faħxija.

Iżda ma setgħux kienu jafu li xi ftit jiem wara l-allegat pagament, appartament fl-Upper East Side New York mixtri ftit xhur qabel tħallas fl-intier f’ammont wieħed.

Dan huwa fatt ieħor. Verità inkontestabbli li tibqa’ soda kontra l-assalt tar-rettorika u ċ-ċaħdiet imqanqla mingħand Joseph u Michelle Muscat.

Meta tatna x’nifhmu li l-appartament tħallas ftit jiem wara pagament minn Pilatus, liema ħlas tiċħad li qatt iċeviet, ma jippruvax li qed tigdeb li ma rċevietx il-ħlas… huwa sinċier daqs meta kien ingħad, waqt il-bosta proċessi kriminali, li Toto’ Riina kien żgiċċa skont l-istil tiegħu minn rotta ta’ balla.

Hawn taħt hawn xi wħud minnhom: ‘setgħet rebħet il-lotterija’. ‘jista’ jkun li nanna ġeneruża mietet malajr u ħallitilha  kollox’, ‘forsi għaqda tal-karità li tħenn għall-ġojjellieri li għadhom jibdew u xtratilha appartament f’Manhattan’. Forsi. Forsi

Għaliex ma tippruvax li ma ħallsitx l-appartament  minn xi mezzi oħra apparti l-pagamenti mingħand il-Bank Pilatus.

Għaliex il-Bank Pilatus ma jiftaħx il-lista tad-depożitanti  biex jipprova li  din ta’ Daphne Caruana Galizia kienet l-akbar gidba fl-istorja tal-politka Maltija?

L-istorja ta’ Daphne Caruana Galizia  qed tiġi ppruvata bil-fatti. Aktar u aktar fatti qed jitfaċċaw, anke fatti li kienet għadha ma vverifikatx bħalma ġew issa. Ċertament li f’ħajjitha u safejn hi kienet taf il-Bank Pilatus qatt ma ammetta li kull ma ppubblikat hi kien il-verità. Anzi bil-maqlub.

Aktar fatti ġew stabbiliti. Dawn ħadd ma jista’ jmerihom. Jekk kien hemm xi ħaġa dwar kull waħda minn dawn li setgħu jiċħdu – Joseph Muscat, Michelle Muscat, Pilatus Bank – kollha setgħu jew kellhom iġibu l-provi biex jiċħduhom

L-argument li l-obbligu li jinġiebu l-provi qiegħed fuq il-prosekuzzjoni huwa argument li jriegi dejjem f’qorti tal-ġustizzja. Iżda għadna ma wasalniex għal dan. Din hi l-arena politika. Hawn barra l-argument li l-obbligu tal-provi qiegħed fuq il-ġurnalisti huwa l-argument tal-ħatja.

Huma jinku lil dawk li jakkużawhom għaliex “m’għandhomx dokumenti”.  Bħal kriminal ordinarju taħt arrest jitkessħu meta jgħidu “m’għandek xejn kontrija Surġent. Irrid it-telefonata tiegħi’

Madankollu dokumenti għandhom. Għalfejn ma jippubblikawhomx? Għalfejn ma jgħidux mnejn ġejjin ir-rikkezzi tagħhom? Għaliex ma jippermettux sorvelji u investigazzjonijiet internazzjonali dwar il-kuntatti tagħhom? Galiex ma jħallux ix-xhieda jitkellmu mingħajr biża ta’ tpattija?

Qiegħed  jidher dejjem iżjed biċ-ċar li l-akbar gidba fl-istorja politika  jista’ jagħti l-każ li sa tkun dik li qed jikkommetti Joseph Muscat fuqna: li l-gidba li biha akkużatu Daphne Caruana Galizia  mhijiex vera.