Mid-dehra għamel f’qalbu Neville Gafà għax għandu reputazzjoni ta’ korruzzjoni tinten imdendla ma’ għonqu, b’mod partikolari minħabba l-akkużi ta’ estorsjoni fuq viżi maħruġa lil immigranti.
Dan l-aħħar bgħat tweet mimlija rabja fil-konfront tal-MP Nazzjonalista Claudette Buttigieg għax din kellha l-“ardir” li tibgħat retweet lil xi ħadd li kien bgħatlu tweet li kkwota rapport imxandar fil-ġurnali li kwart tal-istudenti tal-Universita’ Amerikana kienu dabbru rashom minn Malta wara li, bis-saħħa ta’ intervent mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, kienu akkwistaw viża.
“Identity Malta officials had originally been reluctant to issue visas to the students… reluctance subsided following the direct intervention of top AUM officials and officials from the Office of the Prime Minister”@neville_gafa #Visascam #maltahttps://t.co/5UOE8KN3TJ
— BugM (@bugdavem) February 11, 2018
@ButClaudette by means of this retweet, what sort of allegations are you doing towards me? pic.twitter.com/IBQgq5Nmj0
— Neville Gafa’ (@neville_gafa) February 11, 2018
X’jippretendi dan l-imbierek Neville Gafà?
Meta l-ġurnali ixandru aħbar li kienet saret pressjoni mill-uffiċċju tal-Prim Ministru fuq Identity Malta biex jinħarġu viżi lil dawn in-nies, m’hix ħaġa minn ewl id-dinja li l-ewwel persuna li tiġik f’moħħok hija proprju hu?
Żgur mhux ser jiġi f’moħħna s-segretarju tal-kabinett jew il-kap messaġġier.
Ta’ min ifakkar li Neville Gafà kien ġie mixli li ixxaħħam b’għexieren ta’ eluf ta’ ewro biex jinħarġu viżi mediċi għal persuni mil-Libja. Ta’ min ifakkar ukoll li, meta Gafà kien allegatament naqas li jipprovdi viżi li għalihom kien diġa’ tħallas, kien hemm xi ħadd li kixfu. Minkejja li kien ċaħad l-akkużi kollha, min jista’ jlum lil min hu tal-fehma li Gafà llum għadu jiġri barra bis-saħħa tal-fatt li qed isib il-kenn mingħand Keith Schembri u Konrad Mizzi?
M’hemmx dubju li Gafà se jkompli jgħid li l-allegazzjonijiet kontrih qatt me ġew pruvati u li hu qatt ma ġie kundannat minn xi Qorti għar-reati li ġie mixli bihom.
Kumbinazzjoni Al Capone kellu l-ħila jgħid l-istess ħaġa: ħaġa li tistennieha minn bniedem ġifa li jaħdem fl-interessi tal-kriminali li jtuħ il-kenn li jkun jeħtieġ.
Hekk kif din il-powst tixxandar fuq il-Facebook, ibqgħu ċerti li se jispuntaw ruxxmata fake profiles biex jippruvaw ibeżżgħu bit-theddid u t-twissijiet.
Id-dehra korrotta ta’ Neville Gafà f’għajnejn in-nies hi ħaġa minn ewl id-dinja. U ta’ min ifakkar li l-Ħadd wara nofsinhar, erbgħa u għoxrin siegħa qabel l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Gafà intlemaħ isegwiha hi u ddur għall-affari tagħha f’ħanut tal-qsari.
Il-bieraħ fil-mira tiegħu qiegħed lil Claudette Buttigieg wara li din bgħatet retweet dwar dak li hu mill-aktar ovvju. U issa, minħabba dak li ġara’ lil Daphne Caruana Galizia, dan Neville Gafà donnu qed jaħseb li se jwerwirna.
M’għandux ċans.
Am I being bullied by another misogynistic man who has it super good under today’s #Malta government? I have a right to retweet as I please and I will continue to do so. #MaltaDeservesBetter https://t.co/oed5WhuCvd
— Claudette Buttigieg (@ButClaudette) February 12, 2018