Maria Efimova ċemplitli minn payphone fil-ħabs tan-nisa f’Ateni dalgħodu, biex f’isimha nirringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawha u għadhom qed jappoġġjawha. Qaltli li ġiet infurmata bil-messaġġi ta’ kuraġġ mill-bidu li nżammet f’ Malta u barra minn Malta, u li tixtieq turi lil kulħadd kemm tħossha grata għal dan.
Talbitni wkoll nirringrazzja speċifikament lil ulied Daphne Caruana Galizia ta’ kemm jaħsbu fiha u jappoġġjawha f’dawn iż-żminijiet.
Staqsejtha dwar il-kundizzjonijiet li qed tgħix fihom waqt li miżmuma l-ħabs. “Mhux tajjeb wisq. Imma ninsab tajba. Qed jimxu sew miegħi hawn,” qalet. “Imma jien m’iniex xi hero. Għejejt. Ilha għaddejja wisq dil-istorja. Ma nafx kemm se nkampa.”
Maria Efimova issa ilha taħrab minn vilifikazzjoni organizzata u mobilizzata għal iktar minn 10 xhur.
Meta rrapportat lill-Pilatus Bank mal-Awtoritajiet Maltin talli ma ħallashiex, spiċċajt taffaċċa azzjoni legali kontriha fejn ġiet akkużata li b’miżapproprjazzjoni (ta’ flus).
Meta mal-Maġistrat tal-Inkjesta kixfet dak li kienet taf dwar dak li kien għaddej fil-Pilatus Bank, sfat attakkata mill-midja organizzata tal-Partit Laburista, kellha teżilja ruħha u tinħeba, inħareġ mandat internazzjonali għall-arrest tagħha, sar minn kollox biex jeqirduha permezz ta’ kampanja ta’ vilifikazzjoni f’Ċipru u issa tinsab il-ħabs tistenna d-deċiżjoni dwar it-talba ta’ Malta għall-estradizzjoni tagħha.
Maria Efimova qaltli li se tipprova żżomm soda sakemm tistenna li d-deċiżjoni dwar id-destin tagħha tinqata’
Qatli li l-ħin tagħha għat-telefonati huwa limitat, imbagħad qatgħet il-linja.