Minn Callixtus wara li xxandret il-post tiegħi dwar Luzerner Zeitung:

Il-ġurnal Luzerner Zeitung jidher li ħarablu l-irbit Svizzeru ferm aktar importanti, jiġifieri, Christian Kaelin.

Ali Sadr u martu kien l-mistiedna għall-festin li kien sar biex jiġi ċelebrat l-20 anniversarju tat-tieġ ta’ Kaelin. U lest nilgħab imħatra li Christian Kaelin attenda għat-tieġ ta’ Ali Sadr fl-Italja flimkien ma’ Keith Schembri u Joseph Muscat (ħobża u sikkina!).

U ma niskantax li kien Kaelin stess li introduċa lil Ali Sadr lil Keith Schembri u Joseph Muscat.

Iż-żejt tal-famuż roadmap bil-mod il-mod tiela’ fil-wiċċ.

Ali Sadrkien akkwista ċ-ċittadinanza ta’ St Kitts & Nevis bl-għajnuna ta’ Henley and Partners. M’hemmx dubju li kienu jafu li bnidem prominenti mill-Iran ma kienx ser jixtri passaport biex imur igħix għal għomru fil-Karibew. M’hi ħaġa kbira xejn li basru x’kien qed jagħmel fl-Istati Uniti meta kien għarblu l-applikazzjoni tiegħu.

Daphne Caruana Galizia kienet kitbet fil-blog tagħha li Henley and Partners kienu laqqgħu lil Cambridge Analytica mal-Partit Laburista.

Il-bejgħ ta’ passaporti ta’ pajjiżi fil-Karibew iqalla’ l-flus. Iżda m’hemmx paragun  mal-qliegħ li jħalli l-bejgħ ta’ passaporti tal-UE. Kulma wieħed għandu jagħmel biex jistampa passaporti tal-UE huwa permezz tal-kontroll fuq gvern ta’ pajjiż żgħir membru tal-UE wara li tkun tajtu palata biex jirbaħ elezzjoni.

M’hemmx dubju li l-idea li jinfetħu kumpanniji fil-Panama u trusts fi New Zealand kienet għaddiet minn moħħ il-politiċi tagħna ferm qabel ma kisbu s-setgħa  L-idea li jkollok bank Malti li wieħed ikun jista’ jserraħ rasu li mhux ser joqgħod jistaqsik ħafna mistoqsijiet inkonvenjenti dehret dak iż-żmien bħala waħda brillanti. U min kien hemm aqwa minn dan l-Iranjan b’ċerta reputazzjoni biex imexxi l-bank?  Tant kienu ċerti li kienu se jirbħu u tant wrew entużjażmu għar-roadmap li kienu applikaw għal-liċenzja bankarja saħansitra qabel il-waqgħa tal-gvern ta’ Gonzi.

Issa li bis-saħħa ta’ dak li kixfilna Alexander Nix sirna nifhmu aħjar il-mod kif taħdem Cambridge Analytica, saret ferm minn ewl id-dinja li Cambridge Analytica jew il-kumpannija ta’ qabilha kien taw palata sew biex jaqa’ l-gvern ta’ Gonzi.

Il-provi ċirkostanzjali li jeżistu ma tistax tinjorahom.