Is-sigrieti li riedu jostru

By
2018-05-01T11:16:30+02:00Fri, 27th Apr '18, 19:05|

Ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità saru biex jagħtu kenn lin-negozji mill-aġir abbużiv tal-kompetituri tagħhom. Ċertament ma sarux biex jagħtu kenn lill-kriminali u biex jostru l-kriminalità tagħhom. Jekk dokumenti ta' sid ta' negozju jinsterqu u jiġu mgħoddija lill-kompetitur tiegħu jew imkella jixxandru pubblikament, ikun seħħ ir-reat ta' spjunaġġ industrijali u sid in-negozju jkollu kull dritt li jilmenta. M'għandniex [...]

Xi ħadd mis-CID avża minn qabel lill-aħwa Degiorgio bl-arrest tagħhom – Għejjun

By
2018-04-30T11:45:49+02:00Fri, 27th Apr '18, 16:34|

Għandi nformazzjoni li l-Pulizija taf min hu dak li widdeb lill-allegati assassini ta' Daphne Caruana Galizia dwar l-arrest tagħhom qabel dawn ġew arrestati. Il-ħsieb ta' min kellimhom kien li jwiddibhom biex, qabel l-arrest tagħhom, jeħilsu minn kull prova li setgħet tinkriminahom, bħal per eżempju l-mobile phones. Jidher li l-Pulizija saret taf li għamel din it-twiddiba [...]

Miċħuda l-libertà proviżorja għal Ali Sadr. Is-smiegħ tal-każ għas-16 ta’ Mejju.

By
2018-04-30T11:18:10+02:00Fri, 27th Apr '18, 07:18|

Il-Qorti Federali tal-Istati Uniti ċaħdet it-talba Ali Sadr sabiex jingħata l-iberta proviżorja sakemm jintemm is-smiegħ tal-proċeduri li saru kontriħ dwar frodi bankarja u ksur ta' sanzjonijiet. L-avukat ta' Ali Sadr stqarrew li l-awtoritajiet Maltin kienu ċċertifikaw li Ali Sadr ma kien taħt ebda suspett minħabba l-ħidma tiegħu fil-Pilatus Bank. Iżda minkejja dan, il-qorti Amerikana iddeċidiet [...]

Go to Top