Josef Caruana jistqarr li jrid isir MEP biex jikkumpensa għan-Nazzjonalisti kiefra li qed ipoġġu lil Malta f’dawk ikrah mad-dinja kollha.

Ħa nħarsu naqra lejn it-track record ta’ Josef Caruana mela, tridux?  U se nżommu biss mal-avvenimenti ewlenin.

Josef Caruana kien l-editur ta’ l-orizzont, il-gazzetta tal-General Workors’ Union.  Ilbieraħ, il-Malta Indipendent faħħritu ġmielha meta qaltlu li huwa membru tal-‘industrija tal-gazzetti”. Fil-verità huwa membru tal-industrija tal-propaganda tal-istat, imma ejja ma ninħlewx infaqqgħu l-aġġettivi.

Meta kien editur, kiteb dan il-kliem:

“In-nies qalu LE għall-blogging tal-odju u għal dawk it-taparsi ġurnalisti ddettati mall-aġenda Nazzjonalista ta’ mibegħda.  Rajna d-dgħufija ta’ ġurnalisti bla sinsla li kienu kuntenti rekbin fuq il-karru, li jimxi biss b’qerq u mibegħda fil-qala (flok riħ), bħal Daphne Caruana Galizia, Ivan Camilleri, Jacob Borg, Mario Frendo, Neil Camilleri u Pierre Portelli. Dawn u oħrajn, li kellhom apendi iżjed personali, bħal Joe Borg u David Thake,iridu jbaxxu rashom quddiem il-verdett u jisparixxu mill-ġurnalizmu.  Il-poplu tkellem u għażel…u għandu jiġi rrispettat. Il-poplu jagħmlek u l-poplu jwarrbek.

“Hu l-waqt li l-lifgħat ma jkomplux jisqu veleni lil ġensna.  Issa żmien ta’ rikonċiljazzjoni u għaqda. Qabel dan iseħħ irid jibda l-proċess ta’ tindif.  B’hekk nibqgħu mexjin lejn l-aqwa żmien”.

Ftit jiem wara li kiteb din is-silta mimlija intimidazzjoni faxxista, lil Daphne Caruana Galizia qatluha.

Kitbietu, bil-Malti, ma kinux qed jidhru mill-ewwel fit-tiftix tal-Google.  Allura malajr ittraduċejtlu kliemu jien u kien hekk li Josef Caruana beda jitfagħna f’dawl sabiħ mal-bqija tad-dinja.

Il-General Workors’ Union, li tħaddmu, ma setgħetx tiddefendi lil xi ħadd li jikteb dwar il-ġurnalisti li jridu ‘jitnaddfu’, ‘jitneħħew’ u ‘jisparixxu’.

Allura telaq.  U min impjegah imbagħad?  Joseph Muscat, mhux hekk!  Daħħlu bħala parti mill-istaff personali tiegħu.

Filwaqt li jippontifika dwar l-għaqda u t-tolleranza kollu fjuri ma’ rasu, Joseph Muscat qabbad lil dal-faxxist, li moħħu biex iwarrab lill-ġurnalisti min-nofs, bħala parti mill-istaff personali tiegħu.

Li beda l-petizzjoni biex il-Papa ineħħi lill-Arċisqof, minħabba biċċa fake news li vvinta hu stess.

Joseph Muscat malajr ikkjarifika li l-kampanja ta’ mibegħda online kontra Charles Scicluna ma tirriflettix il-politika tal-gvern.  Imma keċċih?  Talbu jirriżenja?  Ħassu xortih tajba?

Le, approvalu n-nominazzjoni tiegħu bħala kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew.

Issa d-dinja għandha stampa ta’ Malta mmexxija minn gvern ta’ faxxisti, li moħħhom biex iwarrbu l-ġurnalisti min-nofs, li lesti li jigdbu biex ineħħu lill-Arċisqof.

Il-missjoni ta’ Josef Caruana hi li jagħmilna nidhru sbieħ ilkoll kemm aħna.  M’hawx għalih, sejjer tajjeb immens.