Din m’hi xejn ħlief storja dwar is-setgħa u dwar l-abbuż tagħha
Sa ċertu punt, l-istorja li xandart jumejn ilu dwar is-saċerdot anzjan li ammetta li kien abbuża minn persuna taħt l-età xi snin ilu, tmur lil hinn mit-tema ġenerali li s-soltu jittratta dan il-blogg. Dan il-website inmexxieħ waħdi u mhux qed nippretendi li għandi l-ħila li nikkompeti mal-mezzi tax-xandir li għandhom il-mezzi kollha li jwasslulkom aħbarijiet [...]