Din m’hi xejn ħlief storja dwar is-setgħa u dwar l-abbuż tagħha

By
2018-08-27T10:50:59+02:00Sun, 26th Aug '18, 08:33|

Sa ċertu punt, l-istorja li xandart jumejn ilu dwar is-saċerdot anzjan li ammetta li kien abbuża minn persuna taħt l-età xi snin ilu, tmur lil hinn mit-tema ġenerali li s-soltu jittratta dan il-blogg. Dan il-website inmexxieħ waħdi u mhux qed nippretendi li għandi l-ħila li nikkompeti mal-mezzi tax-xandir li għandhom il-mezzi kollha li jwasslulkom aħbarijiet [...]

Mhux bi ħsiebna nistrieħu

By
2018-08-27T10:49:59+02:00Sun, 26th Aug '18, 07:53|

Daphne Caruana Galizia bħal-lum kienet tagħlaq 54 sena. Niftakru l-kuraġġ straordinarju u l-ġurnaliżmu tagħha u m'hux bi ħsiebna nistrieħu qabel issir ġustizzja dwar l-assassinju tagħha. L-ispejjeż tad-disinn u tal-istampar ta' din il-kartolina saru minn Il-Kenniesa. Disinn: Aldo Gatt.

Reżistenza Malta: Malta midjuna ma’ Daphne Caruana Galizia

By
2018-08-26T07:47:38+02:00Sun, 26th Aug '18, 07:45|

Illum kien ikun eqħluq l-54 sena ta' Daphne Caruana Galizia. Din hi stqarrija li għamlet dalgħodu Reżistenza Malta: L-assassinju brutali ta’ Daphne Caruana Galizia seħħ wara perjodu twil ta’ demonizzazzjoni fil-konfront tagħha. Il-politiċi, ix-xandara w il-kummentaturi li ngħaqdu f’mantra sabiex ittimbrawha bħala “saħħara” lkoll ikkontribwew sabiex inħoloq atteġġjament ostili kontra tagħha. Minkejja dan hi ġġieldet il-korruzzjoni [...]

Go to Top