MANIFESTAZZJONI GĦALL-VERITA’ U L-ĠUSTIZZJA: Valletta, 14 ta’ Ottubru, 2018.

By
2018-09-29T11:46:52+02:00Sat, 29th Sep '18, 11:46|

Stqarrija ta' #occupyjustice u manueldelia.com Il-governanza ħażina tolqotna lkoll. Il-korruzzjoni tolqotna lkoll. L-allokazzjoni t’art pubblika prezzjuża għal prezz assurd lill-Grupp dB, il-permess biex jibnu torri mostruż, id-disprezz lir-residenti u lil dawk li pprotestaw jiġu minn governanza ħażina u korruzzjoni. In-nies hi ġustament irrabjata. Is-segretezza u l-ħabi fl-infieq pubbliku huma ħżiena u jaħbu nfieq mhux ġustidikat [...]

Meryl Streep: “Il-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia hi xempju tal-kuraġġ veru”

By
2018-09-30T09:41:03+02:00Sat, 29th Sep '18, 10:04|

F'itta miftuħa mxandra fl-edizzjoni tax-xitwa ta' Porter magazine, l-attriċi Meryl Streep tfisser il-kliem "kuraġġ veru” hi u tikteb biex tiddefendi l-ġurnaliżmu ġenwin. “Il-kuraġġ huwa  wieħed tat-twerwir u attwali, iżda l-ftaħir dwar il-kuraġġ huwa biss sembjanza u teatrin. Naraw biżżejjed eżempji ta' min jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jipprova jimpressjona għal għajn in-nies. Il-kuraġġ veru jinsab [...]

Owen: il-biċċa m’hix stramba biss

By
2018-09-30T09:39:55+02:00Sat, 29th Sep '18, 09:13|

Il-Kummissarju Parlamentari dwar l-Imġieba Korretta għamel l-ewwel stqarrija tiegħu. Mhux daqstant importanti li l-Kummissarju inzerta li hu wkoll li hu avukat u President tal-Kamra tal-Avukati. Il-Kummissarju kien qed jirreferi għal Ministru tal-gvern u Membru Parlamentari. Il-Ministru sfaċċatement kiser il-Kodiċi tal-Etika li jirregola l-imġieba tiegħu u tal-kollegi tiegħu anki tal-verżjoni tal-Kodiċi li fiħ dan il-gvern baxxa [...]

30 ġurnalist Taljan b’sejħa lil kollegi tagħhom biex jingħaqdu magħhom f’laqgħa li se ssir f’Malta fis-16 ta’ Ottubru

By
2018-09-30T09:56:22+02:00Fri, 28th Sep '18, 13:21|

Ftit jiem oħra tkun għaddiet sena mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tletin ġurnalist Taljan ħarġu sejħa lil kollegi fl-istess professjoni biex fis-16 ta' Ottubru jkunu f'Malta. Il-ġurnalisti qed jinsistu li ssir ġustizzja ma' dawk li kkummissjonaw l-assassinju tagħha. Il-ġurnalisti Taljani għamlu dan l-appell fuq is-sit elettroniku tal-NGO anti-Mafja Liberainformazione li tmexxi kampanji favur il-protezzjoni tal-ġurnalisti [...]

Xi ħaġa oħra li m’għandekx dritt tkun taf biha

By
2018-09-30T09:56:57+02:00Fri, 28th Sep '18, 11:35|

Skont Chris Cardona s-salarji li nħallsu lill-membri tal-istaff tiegħu huma sigriet li m'għandniex dritt li niskopru. Qal ukoll lir-regolatur li mhux beħsiebu jaqsam dan is-sigriet miegħu biex dan ikun jista', skont il-liġi, jevalwa aħna għandniex dritt għal din l-informazzjoni. Chris Cardona qed iwaqqa' għaċ-ċajt il-liġi tal-protezzjoni tal-informazzjoni. Qed iħallas lill-konsulenti tiegħu skont deals li jinżammu [...]

Joe Brincat jerħilha lejn il-qorti

By
2018-09-30T09:55:40+02:00Thu, 27th Sep '18, 12:49|

Gustuż wisq dan Joe Brincat. Ħa l-briga biex jintervjeni fil-kawża kostituzzjonali li jien għamilt kontra Owen Bonnici fejn tlabt li l-ordni li dan ħareġ biex tiġi ċensurata protesta quddiem il-bini tal-qorti tammonta għal ksur tal-libertà tal-kelma.  Għal min ma jafx, dan Joe Brincat huwa fost il-kittieba tal-istorja tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżna. Huwa wkoll fost dawk li [...]

L-esperti tal-Fake News

By
2018-09-27T12:35:09+02:00Thu, 27th Sep '18, 11:20|

Il-verità llum m'għadhiex obbligatorja...saret optional. Huwa diffiċli ħafna li tipprova tiġġustifika l-fjask tal-jet privat. Jets privati li kienu qed jittrasportaw prim ministri -- Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi -- kienu s-suġġett ta' skandli fuq is-super one għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Imma meta uffiċjal taċ-Ċivil f'kariga medja ntbagħat ajruplan privat biex jiġborha ħalli tevita milli tħassar [...]

Xi ħadd wieġeb għall-entużjażmu prematur ta’ Owen Bonnici

By
2018-09-27T12:34:28+02:00Thu, 27th Sep '18, 10:18|

Owen Bonnici lbieraħ kważi qabdu orgażmu bl-ewforija għax jien irtirajt it-talba biex tinħareġ twissija ġudizzjarja li twaqqfu milli jiċċensura l-protesta quddiem il-Qrati. Naturalment Bonnici jaqra l-ġurnali u jaf li fl-istess ħin jien ftaħt kawża kostituzzjonali li fiha qed nargumenta li hu kiser id-drittijiet kostituzzjonali li jħarsu l-libertà tal-espressjoni. Joseph u Michelle Muscat huma klijenti tal-prattika [...]

Dmirna li nipprotestaw

By
2018-09-27T09:56:10+02:00Wed, 26th Sep '18, 19:07|

Ħadd m'hu jagħmel mafkar għal Daphne Caruana Galizia, Sur Martin Scicluna. Ibqa' ċert li ħaġa bħal din ma kinitx tinżlilha għasel. Il-kwistjoni kollha hi dwar protesta ta' dawk li qed jesiġu li ssir ġustizzja minkejja l-oppressjoni tal-gvern. Il-post fejn dawn jiltaqgħu biex jipprotestaw u ll-mod dwar kif dawn jipprotestaw m'humiex daqstant rilevanti. Min hu sinċier [...]

Tweġiba lil Owen Bonnici

By
2018-09-27T11:32:01+02:00Wed, 26th Sep '18, 13:26|

Owen Bonnici żvija lill-pubbliku permezz ta' stqarrija li xandari llum li fiha qal li jien ċedejt il-kawża li għamilt kontrih talli meta ċċensura protesta f'misrħa l-Assedju l-Kbir kien qed jikser id-drittijiet tal-bniedem. Mhux veru li jien ċedejt il-kawża. B'risposta xandart l-istqarrija li qed tidher hawn taħt. Stqarrija bi tweġiba lill-Ministru Bonnici Nirreferi għall-istqarrija tal-lum tal-Ministru Owen [...]

Il-pupazz jiżfen skond id-daqq

By
2018-09-27T09:57:13+02:00Wed, 26th Sep '18, 12:31|

Joseph Muscat qalilna li "ma qabilx" ma min iddeċieda li tinġieb Malta b'ajruplan privat membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar - persuna li taħdem mal-gvern - sabiex bil-vot tagħha f'laqgħa msejħa apposta tiddeċiedi Silvio Debono għandux isir biljunarju jew le.     Meta jkun jaqbillu, Muscat jigħabha tad-dgħajjef. Dan jippretendi li għandna nemmnu li ma seta' jagħmel [...]

F’każ li kellek xi dubju jekk hux se jinjorawna

By
2018-09-27T11:33:29+02:00Wed, 26th Sep '18, 10:07|

Id-dipartiment tal-indafa pubblika ikkonferma li qed ikompli jneħħi fjuri, xemgħat u ritratti li tħallew f'Misraħ l-Assedju l-Kbir. Dawn mhumiex fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir. Mhuma qed itellfu lill-ebda ħaddiema. Mhumiex qed itellfu lanqas lil min ikun qed jimxi. Sempliċiment qegħdin hemm. U huma jneħħuhom. Kull filgħaxija.

Is-sigrieti tal-Istat

By
2018-09-27T09:55:05+02:00Tue, 25th Sep '18, 18:03|

Ir-rapport ta' dak li xehed Peter Grech fil-kawża li għamel kontrih Adrian Delia talli dan ċaħħdu minn kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant huwa wieħed kontroversjali u jaħraq. Ilni li tlift il-paċenzja bid-djufija u l-ġjufija ta' Peter Grech. Iżda tal-lum kienet waħda speċjali. Fuq il-pedana tax-xhieda kien qiesu bużullieqa hu u  jipprova jiġġustifika l-ġudizzji tiegħu. Il-kwistjoni fundamentali [...]

Is-skiet jistieden l-inkwiet

By
2018-09-27T09:53:55+02:00Tue, 25th Sep '18, 10:09|

X'aktarx li min ma jkollux argumenti u raġunijiet x'joffri jispiċċa biex jirrikorri għall-banalitajiet. It-trolls tas-soltu ħarġu bi ħġarhom biex jikkummentaw dwar ir-rikors kostituzzjonali li ppreżentajt fil-qorti 'l bieraħ li fih sostnejt li t-tneħħija ta' protesta minn misraħ l-Assedju l-Kbir minn aġenzija tal-gvern tammonta għal ċaħda tal-libertà tal-kelma. L-iskuża li ilha tinġieb li "dan huwa monument [...]

Tal-waħx

By
2018-09-25T09:15:27+02:00Mon, 24th Sep '18, 09:45|

Qed ninkwadra ritratt li ttieħed il-bieraħ bil-lejl ta' protesta tnemnem quddiem il-bini tal-Qorti. U din il-protesta perikoluża, mniġġsa u offensiva "tnaddfet" matul il-lejl. Aqraw x'kitbet Therese Comodini Cachia dalgħodu dwar is-suġġett fit-Times of Malta: "Min xiex ikun qed jibża' l-gvern tagħnakull darba li numru ta' ċittadini Maltin jesprimu fehmithom billi jagħmlu mafkar biswit il-monument tal-Assedju l-Kbir? [...]

It-tagħlima minn Malta

By
2018-09-25T09:12:18+02:00Sat, 22nd Sep '18, 07:42|

The Economist magazine 1843 xandar artiklu twil intitolat 'Qtil f'Malta' miktub minn Alexander Clapp, ġurnalist li jgħix f'Ateni. Nistedinkom biex l-ewwel taqraw il-paragrafu li ġej: "It-tagħlima minn Malta m'hix li l-ġurnalisti jistgħu jiġu assassinati f'postijiet relattivament trankwilli. Dan minn dejjem kien il-każ. Iżda, kif qalli Nicholas Shaxson, awtur ta' 'Treasure Islands', ktieb dwar dawk li [...]

Peress li int ħsibt li llum huwa Jum l-Indipendenza

By
2018-09-22T09:41:09+02:00Fri, 21st Sep '18, 11:59|

Din mhix xi mistoqsija retorika. X'inhi ‘l-indipendenza’ għalik? Hija ċ-ċittadinanza? Ħares lejn din il-kumpanija Ingliża tbiegħ iċ-ċittadinanza Maltija lil nies li qatt ma rifsu hawn u qatt ma jridu jkunu hawn. Li qatt ma taw kontribut għall-benessere ta' din il-komunita' u qatt ma huma beħsiebhom jagħmlu dan. Li jridu jfittxu isem Malta fuq il-mappa l-ewwel [...]

Brian Tonna u Karl Cini ma jridux il-passapport tagħhom onlajn. Mela jaqbel ma jżurux dan is-sit.

By
2018-09-25T09:14:08+02:00Thu, 20th Sep '18, 12:08|

Brian Tonna u Karl Cini jeżiġu l-privatezza. Din hija ħaġa li jippretenduha l-ħallelin. Jittantaw li jużaw il-liġijiet biex jħarsu lilhom infushom mill-iskrutinju pubbliku. Lill-awtoritajiet talbuhom iġiegħlu lil Peter Caruana Galizia jħassar ritratti tal-passporti tagħhom mill-blog ta' martu. Huwa rrifjuta li jagħmel dan u tahom raġunijiet legali, fosthom dik li hu m'huwiex sid il-blog ta' Daphne [...]