Tlabt lill-Qorti tħarisna mit-theddid tal-gvern kontra l-libertà tal-kelma

By
2018-09-17T14:08:20+02:00Sat, 15th Sep '18, 22:18|

Il-lejla, bil-għajnuna tal-avukati Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Eve Borg Costanzi u Therese Comodini Cachia kif ukoll ta' 61 avukat ieħor, għamilt talba lill-Qorti biex tiftaħ barra l-ħin legali u sabiex tikkunsidra t-talba tiegħi biex il-gvern jiġi ordnat ma jneħħix il-mafkar ta' protesta li hemm f'Misraħ l-Assedju l-Kbir. L-Imħallef Noel Cuschieri rċieva t-talba tiegħi u ħareġ [...]

Rapport lill-Pulizija

By
2018-09-17T14:05:14+02:00Sat, 15th Sep '18, 15:02|

Għadni kemm issottomettejt dan ir-rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar it-tneħħija ta' kartellun li waħħalna dalgħodu quddiem ilbini tal-Qorti: Sur Kummissarju, Kif forsi diġà taf, dalgħodu jiena personalment flimkien ma’ numru ta’ attivisti oħra poġġejna banner li kien juri l-bandiera ta’ Malta, il-kelma “ĠUSTIZZJA” u wiċċ il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir li jinsab [...]

De Volkskrant: il-gvern Malti “xxukkjat” bil-ħrara ta’ investigatur tal-Kunsill tal-Ewropa

By
2018-09-17T14:03:46+02:00Sat, 15th Sep '18, 14:50|

Il-ġurnal de Volkskrant xandar rapport li fih inkiteb li l-awtoritajiet Maltin huma xxukkjati minħabba l-ħrara u d-determinazzjoni tal-MP Pieter Omtzigt li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex iniedi rapport dwar jekk l-investizgazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia humiex verament indipendenti. Skond ir-rapport, Pieter Omtzigt għandu fama fl-Olanda ta' "kelb tal-għassa" li, biex isib tarf [...]

Fil-Bidnija

By
2018-09-17T14:00:46+02:00Sat, 15th Sep '18, 14:17|

Dawn ir-ritratti nġibdu llum wara nofsinhar. Is-sejħa biex issir ġustizzja għalqet 11 il-xahar. U għadha tidwi. 

Kunsilliera Laburisti jivvutaw kontra l-għoti ta’ rikonoxximent lil Daphne Caruana Galizia mill-kunsill tal-lokalità tagħha

By
2018-09-17T14:07:02+02:00Sat, 15th Sep '18, 13:49|

Kunsilliera Laburisti Mostin ivvutaw kontra mozzjoni li saret sabiex Daphne Caruana Galizia tingħata rikonoxximent fiċ-ċerimonja li ssir kull sena fil-lokalità. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li huwa wkoll ir-rappreżentant ta' Malta dwar l-awtonomija lokali u d-demokratizzazzjoni, Mario Fava, xandar dan il-post li permezz tiegħu kkritika dawk il-Kunsilliera tal-Mosta li appoġġjaw l-għoti tar-rikonoxximent lil Daphne Caruana Galizia. [...]

Kunu afu x’inhuma drittijietkom

By
2018-09-17T13:55:29+02:00Sat, 15th Sep '18, 13:33|

Illum waqt li kient qed tittieħed azzjoni mill-attivisti tas-soċjetà ċivili biswit il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, kien hemm uħud li lill-attivisti qalulhom li "issa żżejjed". L-azzjoni ttieħdet waqt protesta fis-skiet li fiha ddendel kartellun kbir u tqiegħdu l-fjuri u  x-xemgħat. Ċertament ħadd ma tefaż xi bomba. U minkejja dan qed igħidulna li "issa żżejjed" għaliex hemm [...]

Go to Top