Ħadd m’hu jagħmel mafkar għal Daphne Caruana Galizia, Sur Martin Scicluna. Ibqa’ ċert li ħaġa bħal din ma kinitx tinżlilha għasel. Il-kwistjoni kollha hi dwar protesta ta’ dawk li qed jesiġu li ssir ġustizzja minkejja l-oppressjoni tal-gvern. Il-post fejn dawn jiltaqgħu biex jipprotestaw u ll-mod dwar kif dawn jipprotestaw m’humiex daqstant rilevanti.

Min hu sinċier ma jista’ qatt jiġġustifika is-soppressjoni ta’ protesta paċifika.

U kull min għandu anki xrara ta’ kburija għandu jipparteċipa fil-protesti. Kuljum fis-satra tal-lejl il-protesta taċ-ċittadini jiċċensurawha. U kull jum iċ-ċittadini jerġgħu jipprotestaw biex iżommu t-tama ħajja.

Dan huwa ritratt ta’ misraħ l-Assedju l-Kbir il-lejl li għadda. Sa dalgħodu reġgħu neħħew kollox.