The Economist magazine 1843 xandar artiklu twil intitolat ‘Qtil f’Malta’ miktub minn Alexander Clapp, ġurnalist li jgħix f’Ateni. Nistedinkom biex l-ewwel taqraw il-paragrafu li ġej:
“It-tagħlima minn Malta m’hix li l-ġurnalisti jistgħu jiġu assassinati f’postijiet relattivament trankwilli. Dan minn dejjem kien il-każ. Iżda, kif qalli Nicholas Shaxson, awtur ta’ ‘Treasure Islands’, ktieb dwar dawk li jaħarbu mill-ħlas tat-taxxi: ‘Meta pajjiż ċkejken jibda’ jiddependi żżejjed fuq qasam finanzjarju li jkun diġà kiber bla qies, u fl-isfond tal-fatt li trażżin fuq is-setgħa li ssib f’demokrazija normali bil-kemm jeżisti, ma tkunx trid wisq biex is-saltna tad-dritt twarrabha kif u meta jkun jogħġbok”.