Mara xtrat tliet xemgħat u daħħlet id-driegħha bejn il-barrieri tal-pulizija biex tqiegħedhom fuq it-taraġ ta’ pjazza pubblika.
Mara oħra li kienet fit-triq avviċinatha, ġibdet erba’ ritratti ta’ din il-mara permezz tal-mobile hi u tqiegħed ix-xemgħat. Ċertament ma ġibditx ir-ritratti minħabba xi sens ta’ ammirazzjoni li ħasset għall-mara l-oħra.
Il-bieraħ l-ewwel mara qiegħdet ix-xemgħat fl-istess post. Dawn tneħħew ftit wara li tqiegħdu. L-istess ħaġa seħħet fil-ġurnata ta’ qabel.
Din hija Malta.
Dalgħodu ġurnal li jappoġġja lill-gvern fl-editorjal tiegħu sejjaħ dan bħala provokazzjoni. Ma kienx qed jirreferi għat-tieni mara.