Joseph Muscat: “Nirriżenja jekk niġi mplikat fl-iskandlu 17 Black”. Mela tista’ ddabbar rasek minn issa.
Mhux ta' b'xejn qed jaħarbu lill-ġurnalisti bħallikieku dawn għandhom il-pesta. Mhux ta' b'xejn qed jirrifjutaw li jiġi ntervistati minn ġurnalisti internazzjonali biex imbagħad bl-ardir kollu jibgħatu l-ambaxxaturi biex jilmentaw mal-imgħallmin tagħhom dwar żbilanċ fl-irrappurtat tal-istejjer. Mhux ta' b'xejn qegħdin jiksru l-liġijiet bl-addoċċ f'attentat biex iwaqqfu l-ġurnalisti milli jagħmlu dmirhom u jistaqsuhom il-mistoqsijiet. Qed jagħmlu dan [...]