Taħsbu li dan huwa probabbli?

Jien ngħid li dan huwa ħafna aktar probabbli milli jista’ qatt ikun probabbli li naraw lil Karl Cini jsegwi kors tal-FIAU dwar il-proċeduri kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin. Iżda dak hu eżatt dak li seħħ il-bieraħ. Mhux qed niċċajta.

F’Awwissu ta’ din is-sena, l-Pulizija suppost bgħatu għal Karl Cini u suppost żammewh biex jinterrogawħ. Għalkemm qatt ma kien hemm konferma, dik l-interrogazzjoni suppost kellha ssir b’rabta mal-ħidma tiegħu man-Nexia BT li kienet ħolqot il-kumpanniji fil-Panama għal Keith Schembri u għal Konrad Mizzi. Barra min hekk, Karl Cini biss jaf biċ-ċert min hu sid l-Egrant. U x’kien l-iskop wara l-interrogazzjoni? Sa fejn huwa magħruf, il-Puliziaj kienet bgħatet għalih minħabba akkużi ta’ ħasil ta’ flus maħmuġin.

F’Ottubru tas-sena l-oħra, Karl Cini rriżenja minn membru tal-Malta Institute of Accountants għaliex din l-entità riedet tinvestiga lilu u lil sieħbu Brian Tonna x’aktarx dwar ħasil ta’ flus maħmuġin. F’Marzu 2016 , tal-FIAU (il-post fejn mar il-bieraħ) kienu talbu lil Karl Cini biex igħaddilhom kopji tal-korrispondenza kollha li kienet ġiet skambjata bejn Nexia BT u Mossack Fonseca, kif ukoll kopji ta’ emails skambjati bejn Nexia BT, Konrad Mizzi u Keith Schembri. Huwa kien weġibihom fis-sens li “l-istruzzjonijiet li ngħataw u d-diskussjonijiet li saru, kienu saru  verbalment”. Din l-istqarrija li kien għamel lill-FIAU ma kienet xejn ħlief gidba ħoxna u tal-FIAU kienu saru jafu fiċ-ċert li kien gidbilhom meta mill-Panama Papers irriżulta li kienet teżisti korrispondenza li hu ma kienx għaddielhom. Sa fejn huwa magħruf, tal-FIAU kienu bgħatu għal Karl Cini minħabba akkużi ta’ ħasil ta’ flus maħmuġin.

Tiftakruħ ir-ritratt li xandart ftit jiem ilu fejn jidher Chris Cardona flimkien ma’ ġemgħa ta’ uffiċjali tal-gvern, regolaturi, negozjanti u kuntratturi ilkoll b’ħalqhom imċarrat? Tistħajjilhom qed igħidulek: ‘Niġu naqgħu u nqumu int x’taħseb. Aħna nistgħu nagħmlu li rridu u ħadd ma jista’ għalina’.

Karl Cini huwa tal-istess pezza.