Il-Ministru tagħna tal-Ekonomija tfaċċa fuq l-Instagram account ta’ Denise Dalton, mara li jsibuha bħala Holly Harlow. Jekk tfittxu dawk l-ismijiet fil-google kunu avżati li m’hux ta’ fuq ix-xogħol.

Qabel tefgħet dan ir-ritratt fl-Instagram, is-Sinjorina ċertament ma qagħditx tfittex isem Chris Cardona fil-google. Dan ir-ritratt jista’ faċilment iħassar ir-reputazzjoni tagħha u jista’ jdaħħal fl-irjus l-idea falza li din tgħoxa fit-tbaħrid.

Iżda jien m’għandix dubju li din is-Sinjorina t-tbaħrid m’huwiex ħobż għal snienha. Bħalma hu ħobż għal snien Chris Cardona.