Stqarrija ta’ #occupyjustice:

 

Nhar is-Sibt filgħaxija, ittri kbar forma ta’ Scrabble li bla tlaqliq jistaqsu ‘Min qatel lil Daphne?’ tpoġġew fil-pjazza quddiem Kastilja biex ifakkru is-sittax -il xahar mill-qtil tal- ġurnalistà Daphne Caruana Galizia.

Dan għamluh #occupyjustice, grupp ta’ attivisti immexxi minn nisa. “Il-Prim Ministru jista’ jħares mit-tieqa tal-uffiċċju tiegħu u jgawdi l-veduta tal-mistoqsija li ilna nistaqsu għall-dan l-aħħar sittax -il xahar.” B’hekk forsi jiftakar li dan il-qtil seħħ waqt li hu politikament responsabbli,” qalu #occupyjustice.

Kliem bħall-‘impunità’, ‘korruzzjoni’ u ‘ddisprat’ iffurmaw parti minn din l-iscrabble li għamlu l-attivisti, filwaqt li nsistew li ma jridux pajjiż ta’ anarkija iżda jridu ‘risposti’, ‘ libertà’,’ azzjoni’ u ‘verità’.

“Nindiehxu meta naraw lil Prim Ministru JIPPROTEĠI liż-żewġ imbruljuni ta’ maġenbu – iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru favorit Konrad Mizzi – li t-tnejn li huma waqqfu struttura tal-ħasil tal-flus biex permezz tagħha jkunu jistgħu  jirċievu kickbacks illeċiti permezz tal-kumpanija ta’ Yorgen Fenech, 17 Black.

“Iktar u iktar nindiehxu meta naraw kif b’mod patetiku qed jippruvaw isikktu lil min jistaqsi d-domandi” tennew, b’riferenza għall-mod regolari li bih qed jitneħħew l-affarijiet mil-mafkar spontanju li twaqqaf ħdejn il-monument tal-Assedju l-Kbir faċċata tal-Qorti biex ta’ kuljum ifakkar li Malta m’hawnx saltna tad-dritt. “Għalkemm għaddew sittax -il xahar għadna ma nafux min ordna il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u anqas hemm ħjiel ta’ tfittxija għar-risposta. Prim Ministru, Keith Schembri, Konrad Mizzi u Yorgen Fenech, mhux se nieqfu qabel ma ġġorru r-responsabblità t’għemilkom.”

#Occupyjustice qalu li huma determinati li jissieltu għas-sewwa, ghall-gustizzja u għall-soċjetà fejn kulħadd jieħu dak li ħaqqu.

Il-motto tagħhom huwa: “Dan hu n-nazzjon tagħna, din hi darna, u aħna l-poplu. Nistennew aħjar, Jixirqilna aħjar, nesiġu aħjar.”