Din m’hix xena biss li fiha Joseph Muscat jidher jidderverti.

Il-filmat li tellajt ftit ilu f’din website ta’ grupp ta’ xalaturi nġibed fil-kappella tal-Palazz tal-Girgenti, r-residenza uffiċjali tas-sajf tal-Prim Ministru li suppost tintuża għall-funzjonijiet statali uffiċjali.

Michelle Muscat, li tagħti tifsira ġdida għall-kliem “soċjalista tax-xampanja”, tidher ixxejjer flixkun tax-xampanja f’idha. Verament fiha x’tiggosta b’dak l-entużjażmu kollu tagħha biex mingħaliha tikkuntenta lil żewġha. Arawha ftit……. mingħaliha li dak li qed ikantaw huwa dwar il-Perit Mintoff.

Minn naħa l-oħra, żewġha jidher jaqbeż u jogħla kuntent u minfuħ bih innifsu.

U, m’għandniex xi ngħidu, dawk il-povri tfal – arawħ ġej l-attakk faħxi u moqżież – jidhru jiġbdu r-ritratti qishom fotografi uffiċjali huma u josservaw lill-ġenituri tagħhom jixxalaw.

Għandkom idea min ħallas għaliha dik ix-xampanja?