Kontroll fuq il-ġejjieni
Dan l-aħħar ġietni f'moħħi frażi li darba kien uża Simon Busuttil — ‘Labour-proof’ — frażi li tal-Labour qalgħuha mill-kuntest tagħha u tkażaw dwarha għax, skont huma, ħolqot il-firda. M'għandniex xi ngħidu, l-intenzjoni wara dik il-frażi kienet li titqiegħed ir-responsabbiltà fuq spallejn dawk li huma mċappsin bil-korruzzjoni. Hemm dawk li jgħidu li huma "oġġettivi" li jsostnu [...]